Is-soċjetà tal-lum hi waħda li kontinwament qed tinbidel u dawn il-bidliet qegħdin joffru sfida għall-Knisja f’Malta: sfida li tipprepara nsara li jistgħu jwieġbu għall-ħtiġijiet veri ta’ din ir-realtà li qed naraw fis-soċjetà tal-lum. Din l-għajta ssemmiet u nħasset ħafna fl-esperjenza tas-Sinodu Djoċesan u wasslet biex welldet esperjenza ġdida fi ħdan id-djoċesi ta’ Malta – l-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali.
Għalkemm l-Istitut għadu fis-snin bikrin tiegħu, il-viżjoni u l-missjoni tiegħu hi waħda ċara ħafna u l-esperjenza li għaddej minnha fil-preżent hi waħda rikka immens. Il-missjoni tal-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali (IFP) hi dik li jipprovdi formazzjoni ħolistika kif meħtieġa lill-membri kollha tal-komunità kattolika f’Malta, u fl-isforz sabiex tissaħħaħ l-identità ta’ din il-komunità ta’ aħwa, l-Istitut irid: joffri opportunitajiet ta’
(a) formazzjoni permanenti, u
(b) ta’ esperjenzi spiritwali;
(ċ) jippromwovi l-formazzjoni professjonali tal-operaturi pastorali għat-twettiq tal-ministeri u tal-ħidmiet tagħhom;
(d) kif ukoll jipprovdi esperjenzi ta’ djalogu mas-soċjetà Maltija.
Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com