-
L‑Arċisqof Charles J. Scicluna ġedded il‑ħidma tal‑Kummissjoni Ekumenika Djoċesana għall-erba’ snin li ġejjin (2018-2022) bil‑ħatra ta’ membri ġodda. Dan filwaqt li kkonferma l‑membri li diġà kienu parti mill‑kummissjoni.
L‑irwol tal‑Kummissjoni Ekumenika huwa li tgħin lill‑Knisja fir‑relazzjonijiet ma’ Nsara ta’ Knejjes oħra, trawwem kuxjenza ekumenika fost il‑Kattoliċi u tħeġġeġ għat‑talb għall‑għaqda fost l‑Insara.
Mons. Prof. Hector Scerri ġie kkonfermat bħala president tal‑kummissjoni. Il‑membri huma: Anna Caruana Colombo, Carm Grima, Dorianne Buttigieg, Rev. Dr Aurelio Mulè Stagno SDB, Rev. Ivan Attard OP, Dr Patricia Micallef, ir‑Rev. Papas Prof. Martin Zammit u Andrea Pace.
F’dawn l‑aħħar ġimgħat il‑Kummissjoni Ekumenika, flimkien ma’ Christians Together in Malta, ħejjiet it‑t‑tema u r‑riflessjoni li ser jintużaw mill‑Insara mad‑dinja kollha f’Jannar 2020 matul il‑Ġimgħa ta’ Talb għall‑Għaqda fost l‑Insara.