Waqt il-programm The Handbook fuq RTK103, f’jum il-festa tas-Salib Imqaddes, Fr Malcolm Saliba qal li s-salib ifakkarna li Ġesù ġie għal kulħadd u ma jagħmel l-ebda distinzjoni jew preferenza ma’ xi ħadd.
Il-mistednin ta’ The Handbook ta’ din il-ġimgħa huma Fr Malcolm Saliba u Abigail Zarb. The Handbook jixxandar kuljum fuq RTK103 fil-05.30, fis-12:40, fis-19.20 u fid-21.30, kif ukoll fuq Facebook permezz tal-paġna The Handbook.
Silta mill-qari tal-lum
Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann – Ġw 3:13-17
Ġesù qal lil Nikodemu: «Għax Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem. Għax Alla ma bagħatx lil Ibnu fid-dinja biex jagħmel ħaqq mid-dinja, imma biex id-dinja ssalva permezz tiegħu.»
Source: Newsbook.com.mt
Article written by George Cassar