-
-
On Thursday 17th November 2016, Archbishop Charles J. Scicluna presided over an Oratory ‘Canticum Vitae’ (Song of Life), at St John’s Cathedral, Valletta.
The Oratorio, which was a celebration of Inclusion, was executed in style by the Malta Philharmonic Orchestra under the baton of the composer himself, Mro Hermann Farrugia Frantz, with Bible verses compiled by Mgr Lawrence Gatt.
In a short address, Archbishop Mgr Charles J. Scicluna referred to the text of ‘Canticum Vitae’ so beautifully gelled together by Mgr Lawrence Gatt, ex-Director of Id-Dar tal-Providenza. The Archbishop asserted that it has the wisdom of the Word of God that illustrates how beautiful it is to be together, to be brethren together. Id-Dar tal-Providenza is indeed a monument to this profound feeling of fraternal inclusion. It is a glorious aspect of the Church in Malta. It also reflects the emphasis that Pope Francis makes so often in all his gestures and in his words. Archbishop Scicluna stressed that the Church in Malta is committed that the Word of Christ always translates itself in beauty and charity.
Speech by Archbishop Charles J. Scicluna
-
-
Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
17 ta’ Novembru 2016
Is-sbuħija ta’ dan it-tempju maestuż ifakkarni li aħna mistednin madwar il-mejda li hija l-mejda tal-Ewkaristija, fejn kulħadd huwa mistieden. “Ħenjin dawk li huma mistiedna għall-ikla tal-Mulej”. Din hija l-hena tagħna. Mhux qed jgħid jekk aħniex denji jew le tagħna, għaliex ma aħniex denji, anzi l-ewwel wieħed li jgħidha din huwa l-Isqof. L-Isqof jgħid: “Jien qaddej tiegħek mingħajr ma jistħoqqli.” Jiena nirrifletti ħafna fuq din il-ħaġa personali u ngħid: “Ara l-Knisja xxandarni”, u tagħmel sew, imma fl-istess ħin tagħtini l-libertà li kontinwament nitlob maħfra lill-Mulej u anke lill-poplu ta’ Alla.
Il-beatitudni mhix qiegħda fil-merti tagħna jew kif tgħid l-iskrittura stess, għax Alla jħares lejn il-qalb mhux lejn is-sbuħija tal-wiċċ (1 Sam 16,7). Il-beatitudni tagħna hija li aħna minn aħna, aħna mistednin. “Ħenjin dawk li huma mistiedna.” Din hija beatitudni li tagħmlilna kuraġġ.
Jien nixtieq nirringrazzja ħafna lil Mons. Lawrence Gatt li niseġ dawn is-siltiet mill-Iskrittura u mill-Liturġija. Għalhekk huwa ‘Oratorju’, għaliex it-test huwa skritturali u liturġiku. Nirringrazzja anke lill-Maestro, li bil-ġenju tiegħu tana interpretazzjoni ġdida u allura anke meditazzjoni ġdida u approfondita fuq din il-Kelma ta’ Alla.
Kont qed insegwi l-għażliet feliċi li għażel Monsinjur Gatt. Jaf fuqhiex qed jitkellem. Tant snin li b’ubbidjenza lejn l-Arċisqof Mercieca ħadem għad-Dar tal-Providenza wara tant snin, anke bħala rettur tas-Seminarju. F’dawn in-nisġiet kif stajtu ssegwu, hemm l-għerf tal-Kelma ta’ Alla li tgħidilna kemm hu sabiħ li aħna nkunu flimkien (Salm 132,1-3), li nkunu aħwa flimkien.
Id-Dar tal-Providenza hija monument għal dan is-sentiment profond ta’ fraternità inklussiva, li hija glorja tal-Knisja f’Malta. Hija antiċipazzjoni anke tal-enfasi li jagħmel il-Papa Franġisku fil-ġesti kollha tiegħu u fil-kliem tiegħu u l-Knisja f’Malta hija mpenjata li l-kelma ta’ Kristu tissarraf dejjem f’kelma kompleta ta’ sbuħija u ta’ karità.
Għalhekk jien wkoll nirringrazzjakom tal-appoġġ li tagħtu lid-Dar tal-Providenza, lill-karitajiet kollha li l-Knisja tħaddan f’pajjiżna, biex tkun verament leali lejn dak li ġie fostna bħas- Samaritan it-Tajjeb biex idewqilna l-feriti tagħna, jieħu ħsiebna u jafdalna lid-dar li hija l-Knisja, fejn aħna llkoll niddewwew biż-żejt qaddis tal-maħfra u tal-imħabba bejnietna.
Grazzi ħafna u grazzi tal-preżenza tagħkom illejla.
✠ Charles J. Scicluna
Arċisqof ta’ Malta -
-
Photos: Dar tal-Providenza, Siġġiewi