-
-
Nhar l-Erbgħa 21 ta’ Diċembru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna reġa’ żamm l-appuntament tieghu u ltaqa’ mal-grupp ta 32 tifel u tifla li jiffurmaw il-Kummissjoni Djocesana Tfal, flimkien mad-delegata Sr Anna Sammut u tliet membri li jgħinu fit-tmexxija. Din l-‘Assemblea tat-Tfal’, kienet it-tielet wahda din is-sena u din id-darba t-tfal xtaqu li jaqsmu xi ħsibijiet fuq ir-refuġjati.
Taħt it-tmexxija tad-delegata tat-tfal, Sr Anna Sammut, il-Kummissjoni waslet il-Palazz tal-Arċisqof, fl-Imdina fejn f’atmosfera sabiħa tal-Milied, l-Arċisqof laqa’ lit-tfal u wara saret diskussjoni fuq is-suġġett magħżul. L-Arċisqof ippreżenta lit-tfal statwa tal-bambin Ġesù, tifkira sabiħa tal-Milied.
-
-
Ritratti: Kummissjoni Djoċesana Tfal