-
-
Il‑Knisja f’Malta tifraħ filwaqt li tirringrazzja lil Alla għall‑ordinazzjoni ta’ disa’ saċerdoti. L‑ordinazzjoni presbiterali ta’ dawn iż‑żgħażagħ – żewġ djakni djoċesani u seba’ reliġjużi – ser issir nhar is-Sibt, 7 ta’ April 2018, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, fid‑9:15 a.m. Id-disa’ djakni li ser jiġu ordnati saċerdoti mill-Arċisqof Charles J. Scicluna huma:
- Fra Alan Joseph Adami tal-Ordni tal-Predikaturi,
- Fra Jethro Bajada tal-Ordni tal-Aħwa Minuri Kapuċċini,
- Rev. Anton D’Amato mill-Parroċċa ta’ Santa Katerina Verġni u Martri, iż-Żurrieq,
- Rev. Bernard Micallef mill-Parroċċa ta’ Marija Annunzjata, Ħal Tarxien,
- Rev. Kenneth Micallef, Salesjan ta’ Dun Bosco,
- Fra Kurt Mizzi tal-Ordni Karmelitan,
- Fra Elmar Pace tal-Ordni tal-Aħwa Minuri Kapuċċini,
- Rev. Giovann Tabone tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl u
- Rev. Alex Zammit tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl.
Kulħadd huwa mistieden biex jattendi għaċ‑ċelebrazzjoni tal‑ordinazzjoni presbiterali u biex jitlob għal aktar vokazzjonijiet u għall‑qdusija tas‑saċerdoti, speċjalment għal dawk li ser jiġu ordnati saċerdoti nhar is-Sibt li ġej.