-
Erba’ żgħażagħ ser jiġu ordnati djakni mill‑Arċisqof Charles J. Scicluna nhar il‑Ħadd, 22 ta’ April 2018, fil‑Katidral ta’ San Pawl, l‑Imdina, fid‑9am. L‑erba’ żgħażagħ li ser jiġu ordnati djakni huma:
- Peter Ellul mill‑Parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu, il‑Belt Valletta
- Jean Gové mill‑Parroċċa ta’ Marija Mtellgħa s‑Sema, il‑Mosta
- Aayrton Ray Muscat mill‑Parroċċa ta’ Santa Luċija V.M., l‑Imtarfa
- Matthew Pulis mill‑Parroċċa tal‑Familja Mqaddsa, l‑Iklin
Kulħadd huwa mistieden biex jattendi għaċ‑ċelebrazzjoni tal‑ordinazzjoni u biex jitlob għal aktar vokazzjonijiet u għall‑qdusija tal‑kleru, speċjalment għal dawk li ser jiġu ordnati djakni nhar il-Ħadd.
-