L‑Arċisqof Charles Scicluna ħalla Malta t‑Tnejn filgħaxija, 18 ta’ Lulju 2022, għal Lourdes fejn qiegħed imexxi pellegrinaġġ għall‑morda. Dan hu d‑90 pellegrinaġġ annwali li qed torganizza l‑Għaqda Maltija għat‑Trasport tal‑Morda f’Lourdes (UMTAL). L‑Arċisqof hu akkumpanjat minn Dun Joseph Mizzi, id‑direttur spiritwali tal‑UMTAL, kif ukoll minn Dun Martin Micallef, id‑Direttur tad‑Dar tal‑Providenza.

Għal dan il‑pellegrinaġġ qed jattendu 180 persuna: 55 pazjent, 65 pellegrin u 60 voluntier li jinkludu tobba, infermiera u spiżjara. Matul dawn il‑jiem il‑Maltin se jattendu diversi funzjonijiet reliġjużi, fosthom quddiesa bil‑Malti fil‑Grotta, l‑Adorazzjoni Ewkaristika u l‑purċissjoni ta’ filgħaxija magħrufa bħala l‑Aux Flambeaux. Huma mistennija jaslu lura Malta nhar is‑Sibt, 23 ta’ Lulju 2022. 

Aġġornamenti dwar dan il‑pellegrinaġġ qed jitilgħu kuljum fuq il‑paġna tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta fuq Facebook.