Nhar it-Tlieta 18 ta’ Settembru 2012, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iltaqa’ mal-għalliema u l-LSAs (Learning Support Assistants) li fis-sena skolastika li tibda fi tmiem dan ix-xahar se jibdew impjieg ġdid fi skejjel tal-Knisja. Il-laqgħa tal-Arċisqof saret waqt induction seminar fil-Kurja għal aktar minn 200 għalliem u LSA ġdid fl-iskejjel tal-Knisja.

Id-direttur għas-Servizzi fl-Edukazzjoni,  Dr Rose Anne Cuschieri, sqarret li l-idea ta’ dan l-induction seminar huwa li l-professjonisti jiltaqgħu flimkien, isiru jafu iktar lil xulxin u r-rwol tagħhom bħala edukaturi fi skola tal-Knisja. F’dan l-induction seminar li tqassam fuq tlett ijiem, Dr Cuschieri tkellmet ukoll dwar is-servizzi li s-Segretarjat joffri lill-iskejjel u b’mod partikulari dwar il-kariżma u l-ethos tal-iskejjel tal-Knisja.

L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. indirizza lil professjonisti l-ġodda u f’diskors li għamel, esprima s-sodisfzzjon tiegħu talli huma għażlu din il-karriera li titlob dedikazzjoni kbira.

Click on the photos to enlarge. The photos of the Archbishop’s events may be purchased from PHOTOCITY, Valletta. Tel: 21236723. Email: [email protected]