Ir-raba’ riflessjoni dwar Patris Corde tal-Papa Franġisku hi mill-Arċisqof Charles Scicluna fuq it-tema Ġużeppina ‘Bniedem Realista u Fidil’. L-Arċisqof Scicluna jaqsam magħna ħsibijietu dwar San Ġużepp li ma jibżax, anke jekk ħafna drabi kellu jitħabat ma’ futur inċert. Għaliex aħna tant inkunu maħkuma mill-biża’? X’jikkawża l-ansjetà fil-bniedem? San Ġużepp hu bniedem li minkejja ħafna kriżijiet, kellu l-kuraġġ jaċċetta l-għajnuna u l-wens ta’ Alla.

Dawn ir-riflessjonijiet huma parti minn sensiela ta’ filmati, li tħejjew minn Behold, li hu proġett ta’ Pastorali Bibblika u Liturġika fi ħdan il-Vigarjat għall-Evanġelizzazzjoni, għal tmiem is-Sena Ġużeppina 2020-2021. Is-Sena Ġużeppina tnediet mill-Papa Franġisku permezz tal-Ittra Appostolika Patris Corde. Din l-ittra tmiss ma’ seba’ temi mill-ħajja tal-maħbub San Ġużepp.


Għal iktar tagħrif dwar Behold, żur il-paġna ta’ Facebook jew Instagram, fejn tista’ ssib akkumpanjament fit-talb kuljum. Agħfas hawn biex tinkiteb fin-newsletter li tintbagħat darba fil-ġimgħa bi tħejjija għall-Ħadd. Tista’ tibgħat il-mistoqsijiet u s-suġġerimenti tiegħek fuq [email protected].