• Fl-okkażjoni tal-festa tal-ewwel qaddis Malti, San Ġorġ Preca, li tiġi ċċelebrata kull 9 ta Mejju, ser isiru dawn iċ-ċelebrazzjonijiet: 

    Il-Ġimgħa 4 ta’ Mejju
    Adorazzjoni b’riflessjonijiet u talb ta’ San Ġorġ Preca fis-sala tal-kumpless ta’ Radju Marija fir-Rabat bejn is-7:30 pm u d-9:30 pm. Din ser tixxandar live fuq Radju Marija.
    Il-Ħadd 6 ta’ Mejju
    Quddiesa tat-Tridu tal-festa fid-9am fil-Kappella ta’ Sidtna Marija tal-Midalja Mirakoluża (il-Kappella tal-MUSEUM), il-Blata l-Bajda. Il-Quddiesa ser tixxandar fuq TVM 2. 
    It-Tnejn 7 ta’ Mejju
    Adorazzjoni u barka sagramentali fil-5pm u wara Quddiesa tat-Tridu fis-6pm, fil-Kappella ta’ Sidtna Marija tal-Midalja Mirakoluża, il-Blata l-Bajda.
    It-Tlieta 8 ta’ Mejju
    Adorazzjoni u barka sagramentali fil-5pm u wara Quddiesa tat-Tridu fis-6pm, fil-Kappella ta’ Sidtna Marija tal-Midalja Mirakoluża, il-Blata l-Bajda. Wara l-Quddiesa, il-Kappella tibqa’ miftuħa sal-10:00pm.
    L-Erbgħa 9 ta’ Mejju
    Quddiesa fis-7:30am fil-Kappella ta’ Sidtna Marija tal-Midalja Mirakoluża, il-Blata l-Bajda. Dakinhar, il-Kappella tibqa’ miftuħa sa 12pm u mill-4pm sal-10pm. Kulħadd mistieden isib ħin biex jitlob quddiem il-fdalijiet ta’ San Gorg Preca. 
    Filgħaxija, fil-5:30pm, ser isir l-għasar tal-Festa ta’ San Ġorġ Preca fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Gejtanu, il-Ħamrun. Wara jsir pellegrinaġġ għall-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Venera. Fis-7pm tibda Quddiesa Solenni tal-festa ppreseduta mill-Arċisqof Charles J. Scicluna.