• It-Tnejn 21 ta’ Marzu 2016, fil-4:45 p.m. telaq il-korteo mir-residenza privata tal-Arċisqof Emeritu Ġużeppi Mercieca fiż-Żejtun, għall-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fejn wasal għall-ħabta tal-5:20 p.m. It-tebut tmexxa proċessjonalment sal-Kon-Katidral, u tqiegħed għall-qima tal-pubbliku fl-Oratorju.  Wara l-Arċisqof Charles J. Scicluna mexxa velja ta’ talb flimkien mal-qraba, il-Kapitlu tal-Katidral u l-pubbliku li attenda bi ħġaru. 
    Għada, it-Tlieta 22 ta’ Marzu, mid-9:00 a.m. sat-8:00 p.m. Mons. Mercieca jkun espost għall-qima tal-pubbliku, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann. Fis-6:30 p.m. issir it-talba tal-għasar immexxija minn Monsinjur Arċisqof. 
  • Photos: Curia Communications Office