Il-Papa Benedittu XVI illum jagħlaq 83 sena. Huwa twieled fl-1927 f’Marktl, fil-Ġermanja. Huwa ġej minn familja anti-Nażista li batiet ħafna minħabba dan il-fatt. F’żogħżitu huwa ssieħeb bilfors fil-Hitler Youths, madankollu huwa rnexxielu jevita li jmur għal-laqgħat tagħhom.

Fl-1939, Joseph Ratzinger daħal fis-seminarju minuri sabiex jibda t-triq għas-saċerdozju. Madankollu kellu jieqaf minħabba t-Tieni Gwerra Dinija u kien fl-1945 li flimkien ma’ ħuh Georg daħal is-seminarju sabiex ikompli l-istudji tiegħu fit-Teoloġija.

AGĦFAS HAWN BIEX TKOMPLI TAQRA DAN L-ARTIKLU FUQ IS-SIT www.il-gensillum.com