Photo by: Photocity, Valletta

Nhar il-Ġimgħa 29 ta’ Ġunju 2012, festa ta’ San Pietru u San Pawl, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. se jordna disa’ saċerdoti ġodda (7 djoċesani u 2 reliġjużi), fil-KonKatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Il-funzjoni tibda fid-9.30 ta’ filgħodu. Dawk li se jiġu ordnati saċerdoti huma:

  • Rev. Dillon Bugeja mill-Parroċċa ta’ Santa Katarina, Żurrieq
  • Rev. Mark Cachia, Ġiżwita
  • Rev. Robin Camilleri mill-Parroċċa ta’ Sant’ Andrija, Ħal Luqa
  • Rev. Roderick Camilleri mill-Parroċċa tal-Madonna tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar
  • Rev. Mario Dimech mill-Parroċċa ta’ San Nikola, is-Siġġiewi
  • Rev. Anthony Paul Fitzpatrick mill-Parroċċa ta’ Sidna Marija ta’ Fatima, Gwardamanġa
  • Rev. George Schembri mill-Parroċċa ta’ San Ġorġ Martri, Ħal Qormi
  • Rev. Walter Vassallo mill-Ordni tal-Patrijiet Minuri
  • Rev. Michael Zammit mill-Parroċċa ta’ Sant’ Elena, Birkirkara

Kulħadd huwa mistieden biex jattendi u jitlob għall-qdusija tas-saċerdoti, speċjalment għal dawk li se jiġu ordnati għada.