• Ftit anqas minn sentejn wara li nfetaħ il-proċess tal-koppja Qaddejja ta’ Alla, Henry u Inez Casolani, inħasset il-ħtieġa li jiġi aġġornat il-materjal u d-dehra tal-websajt. Fost affarijiet oħra hemm ktieb onlajn bil-Malti u ieħor bl-Ingliż dwar il-ħajja tagħhom. Hemm ukoll riflessjonijiet dwar l-ispiritwalita’ tal-koppja Casolani u l-mixja tagħhom flimkien lejn il-qdusija  fiż-żwieg u fil-familja li jistgħu jservu ta’ għajnuna lill-koppji għarajjes u miżżewġin. Fiha ukoll it-talba għal min jixtieq jitlob xi grazzja bl-interċessjoni tal-Koppja. Il-ħolqa ta’ din il-websajt hija www.henryandinezcasolani.wordpress.com.