L‑Arċisqof Charles Jude Scicluna llejla se jiċċelebra quddiesa fil‑bidu tal‑ħidma pastorali ta’ Patri Joseph Zahra, Dumnikan, bħala kappillan tal‑parroċċa tal‑Madonna ta’ Fatima, Gwardamanġa.
Patri Joseph Zahra twieled fil‑25 ta’ Mejju 1974. Huwa studja l‑filosofija u t‑teoloġija fl‑Università ta’ Bologna fl‑Italja. Beda l‑formazzjoni reliġjuża fl‑1992 fil‑Kunvent tal‑Madonna tal‑Għar, ir‑Rabat, u sentejn wara għamel l‑ewwel professjoni solenni. Hu ġie ordnat saċerdot fit‑22 ta’ Lulju 2003 fis‑Santwarju tal‑Madonna ta’ Fatima fi Gwardamanġa, fejn serva bħala viċi kappillan għal erba’ snin.
Patri Joseph wettaq ħidma pastorali fil‑parroċċa tal‑Porto Salvo u San Duminku fil‑Belt Valletta, u matul l‑aħħar tmien snin qeda wkoll fl‑uffiċċju ta’ promutur provinċjali tal‑vokazzjonijiet Dumnikani.
Il‑parroċċa tal‑Madonna ta’ Fatima fi Gwardamanġa tiġbor fiha madwar 4,282 persuna.