Seminarist fil-ħames sena ta’ preparazzjoni fis‑Seminarju tal-Arċisqof se jitlob lill-Arċisqof Charles Scicluna biex jaċċettah bħala kandidat għall-Ordinazzjoni Djakonali u Saċerdotali. Din iċ-ċelebrazzjoni ser issir nhar il-Ħamis, 8 ta’ Diċembru 2022, waqt il-quddiesa fil-festa tal-Kunċizzjoni fil-kappella tas-Seminarju, Tal-Virtù fid-9:30 a.m.

Matthew Sammut mill-Parroċċa ta’ Kristu Rxoxt, Pembroke, ser jistqarr pubblikament ir-rieda tiegħu li joffri lilu nnifsu lill-Knisja biex iservi bħala saċerdot.

Filwaqt li jilqgħu b’ferħ, Mons. Arċisqof, f’isem il-Knisja, ser ikun qed jitolbu biex matul is‑snin li ġejjin ikompli jħejji lilu nnifsu bi preparazzjoni għall-Ordni Sagri.

Il-komunità Nisranija hi mitluba żżomm f’talbha lil dan il-kandidat għas-saċerdozju.