• ***

    Direttur: Debbie Isitt
    Atturi: Martin Clunes, Marc Wootton, Catherine Tate, Celia Imrie
    Ħin: 109 minuti
     
    Klassifika taċ-Ċensura: U
    Klassifika tal-Knisja: U
     

    L-iskola St. Bernardette f’Coventry, l-Ingilterra, issa għandha headmistress ġdida, Mrs. Keen, li mall-ewwel tkeċċi lin-nofs moħħ Mr Poppy, u minfloku ddaħħal lil Mr Shephard. Dan jeħles mill-mascot tal-klassi, il-ħmar ta’ Mr Poppy.  Mr Shephard ikun qed iħejji biex jiżżewweġ lit-teacher tal-mużika Sophie fi New York. It-tieġ nzerta se jsir fl-istess żmien li tkun qedha ssir kompetizzjoni spontanja ta’ kant u żfin intella’ minn Bradley, l-ex ta’ Sophie. Iżda il-ħmar ta’ Mr Poppy jagħti daqqa ta’ sieq lil Mr Shephard f’rasu u dan jitlef il-memorja u jispiċċa jdur flimkien ma’ Mr Poppy u t-tfal fil-postijiet prinċipali tal-inħawi, liebes ta’ elf , biex forsi jerġa’ jikseb il-memorja. Mr Poppy idaħħal it-tfal, u Mr Shephard, fil-kompetizzjoni biex jirbħu vjaġġ għal New York bil-għan li meta Mr Shephard jara lil Sophie tiġih il-memorja lura u jiżżewwiġha. Iżda mhux kollox imur lixx.
     
    Film kummiedja, it-tielet wieħed tas-serje ‘Nativity’.  Huwa farsa, b’pass mgħaġġel ħafna, u minkejja plot li mhux dejjem jagħmel sens u kant xi ftit stonat, għandu jintogħġob mit-tfal. Fih xi ftit mossi imbarazzanti. Jgħodd għal kullħadd.