Nhar il-Ġimgħa 31 ta’ Mejju 2013, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. attenda għal Seminar fil-media education, organizzat mis-Segretarjat tal-Mezzi ta’ Komunikazzjoni Soċjali u s-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija. Dan is-seminar sar għall-għalliema mill-iskejjel tal-Knisja jew tal-Istat, li jgħallmu l-Media Studies, il-PSD u suġġetti oħra relatati, sabiex ikollhom iktar għarfien dwar l-importanza li għandha l-media fil-ħajja tal-istudenti.

Id-Delegat tal-Arċisqof għall-mezzi u komunikazzjoni soċjali Fr Charles Tabone O.P. għamel introduzzjoni qasira dwar kif il-media tinfluenza l-iżvilupp sħiħ tal-persuna umana fl-erba’ aspetti tagħha: l-iżilupp konjittiv, tal-moħħ u l-ħsieb, l-iżvilupp emozzjonali jew affettiv, l-iżvilupp konattiv (conative) l-aspett morali, u l-iżvilupp spiritwali u reliġjuż.

Il-kelliema għal dan is-seminar elaboraw b’mod professjonali u xjentifiku dan is-suġġett: Is-Sur Edward Wright (HoD), tkellem fuq l-għanijiet u l-objettivi tal-media education u edukazzjoni permezz tal-Media. Is-Sinjura Marketa Zezulkova, studenta tal-PhD f’Bournemouth University tkellmet fuq id-definizzjoni tal-Media Education u l-edukazzjoni permezz tal-Media, fl-użu ta’ ‘Whole-Person Approach.’ Is-Sur Stephen Vella, id-Direttur tal-Istitut tal-Arti u d-Disinn tal-MCAST tkellem fuq lil hinn mill-Media, fuq il-metodu t-tajjeb ta’ kif għandha tingħadda l-Media Education fl-iskejjel, u fuq ħolqien ta’opportunitajiet għall-istudenti tal-llum u tal-futur. Is-Sur Clive Piscopo tkellem fuq ħiliet tekniċi u kritiċi ta’ kif jingħadda short film lill-istudenti u kif l-għalliema jistgħu jgħallmu bih. L-aħħar kelliem, is-Sur Maurice Aquilina, web designer u għalliem, nieda s-sit www.mediaeducation.org.mt li fiha materjal u riżorsi tajbin ħafna għal għalliema li jgħallmu dan is-suġġett fl-iskejjel.

Lejn tmiem is-Seminar, Dr Roseanne Cushchieri, id-direttur għall-iskejjel tal-Knisja, għamlet il-konklużjonijiet tagħha fuq l-importanza li għandha l-media, f’ħajjet l-għalliem u l-istudenti. Fit-tmiem, Mons. Arċisqof Pawlu Cremona O.P. għalaq b’messaġġ qasir u b’talba.

The photos of the Archbishop’s events may be purchased from PHOTOCITY, Valletta. Tel: 21236723. Email: [email protected]