Nhar it-Tnejn 29 t’April 2013, saret konferenza tal-aħbarijiet li saret illum f’nofsinhar fil-Valletta Waterfront (Crave Eats & Beats), u li matulha tnediet il-verżjoni Maltija tal-kanzunetta uffiċċjali għall-Jum Dinji taz-Żgħażagħ 2013. Il-kanzunetta ‘Tama t’Għodwa’, ġiet adattata għall-Malti minn Fr George Buttigieg OFM Conv u fiha ħadu sehem sitt kantanti żgħażagħ: Charlene Zammit, Christine Camilleri, Kurt Cassar, Mark Laurence Zammit, Matteo Depares u Simone Gauci. Din l-inizjattiva hija waħda minn sensiela t’ attivitajiet immexxija mill-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ (KDŻ), bi tħejjija għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ li ser isiru ġewwa Rio de Janeiro, l-Brazil, f’Lulju li ġej. Aktar minn żewg miljun żagħżugħ u żgħażugħa mistennija jippartecipaw f’dan l-avveniment, fosthom madwar 60 minn Malta. Il-verżjoni Maltija tal-kanzunetta ser tkun onlajn fil-ħin li ġej fuq il-Youtube Channel billi tagħfas HAWN.
The photos of the Archbishop’s events may be purchased from PHOTOCITY, Valletta. Tel: 21236723. Email: [email protected]