• L‑Arċisqof Charles J. Scicluna, l‑Isqof Mario Grech u l‑Isqof Awżiljarji‑elett Joseph Galea-Curmi jifirħu lil Rev. Charles Victor Emmanuel Gauci, għall‑ħatra mill‑Papa Franġisku ta’ Isqof tad‑Djoċesi ta’ Darwin fl‑Awstralja. L‑Arċidjoċesi ta’ Malta u d‑Djoċesi ta’ Għawdex jingħaqdu fit‑talb għall‑Isqof‑elett biex il‑Mulej jagħtih l‑għajnuna f’din il‑missjoni ġdida tiegħu.

    Rev. Charles Victor Emmanuel Gauci twieled f’Malta fil‑31 ta’ Marzu 1952 u flimkien mal‑ġenituri tiegħu emigra l‑Awstralja fl‑età ta’ 12‑il sena. Huwa ġie ordnat saċerdot fl‑Arċidjoċesi ta’ Adelaide fl‑10 ta’ Diċembru 1977 u attenda korsijiet ta’ formazzjoni Injazjana sabiex isir direttur spiritwali.

    Hu wettaq il‑ministeru saċerdotali tiegħu prinċiparjament f’parroċċi kbar bħal: Hectorville, Woodville, Elizabeth North u Elizabeth South, Noarlunga‑Seaford, Willunga‑Kangaroo Island, Victor Hector Goolwa Island u Noarlunga‑Seaford‑Willunga.

    Rev. Charles Victor Emmanuel Gauci huwa l‑Assistent Ekkleżjastiku (National Chaplain) tas‑Soċjetà tad‑Duttrina Nisranija (M.U.S.E.U.M.) u minn Frar 2017 huwa l‑amministratur tal‑katidral ta’ Adelaide.

    1