Il-Ħadd 1 ta’ Diċembru, fl-4:30pm, l-Arċisqof Charles J. Scicluna jamministra s-Sagrament tal-Griżma lill-adolexxenti fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Lija.

L-Erbgħa 4 ta’ Diċembru, fis-6:00pm, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja tal-Madonna ta’ Loreto, il-Gudja, li matulha jinawgura l-pavimentar il-ġdid tal-irħam.

Il-Ġimgħa 6 ta’ Diċembru, fid-9:00am, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa għall-istudenti tal-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti, fil-bidu tal-kampanja ‘Milied Flimkien’, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Il-Quddiesa tixxandar live fuq il-Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.

Is‑Sibt 7 ta’ Diċembru, fis‑6:15pm, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-15-il anniversarju mit-twaqqif tal-parroċċa ta’ Pembroke.

Il‑Ħadd 8 ta’ Diċembru, festa ta’ Marija Immakulata, fis‑6:30pm, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-20 anniversarju mit-twaqqif tal-parroċċa tal-Ibraġ.

It‑Tnejn 9 ta’ Diċembru, fil‑5:00pm, Monsinjur Arċisqof imexxi Quddiesa li matulha ssir il-Professjoni Solenni ta’ Suor Sarah Rayah fl-Ordni tas-Sorijiet Karmelitani Skalzi tal-Klawsura, fil-Knisja ta’ Santa Tereża, Bormla.

Is-Sibt 14 ta’ Diċembru, fil-5:30pm, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa għall-familji organizzata mill-GRUFAN, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Il-Quddiesa tixxandar live fuq il-Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.

It-Tlieta 17 ta’ Diċembru, fid-9:00am, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-festa ta’ San Ivo, fl-Oratorju tal-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

It-Tlieta 24 ta’ Diċembru, fil-5:00pm Monsinjur Arċisqof imexxi l-ewwel għasar tal-Milied solenni fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta u fil-5:30 p.m., jiċċelebra l-Quddiesa tal-Vġili. Fil-10:45pm jibda l-uffiċċju tal-qari li matulu ssir ukoll il-prietka tat-tfal, kif ukoll programm ta’ għanjiet tal-Milied. F’nofsillejl, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fis-Solennità tat-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu, fil-Katidral tal-Imdina. Il-Quddiesa tixxandar live fuq il-Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.

L-Erbgħa 25 ta’ Diċembru, jum il-Milied, fil-11:00am Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fis-Solennità tat-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Il-Quddiesa tixxandar live fuq il-Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.

Il-Ħamis 26 ta’ Diċembru, fis-6:30pm, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fit-350 anniversarju mit-tqegħid tal-ewwel ġebla tal-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Balzan.

It-Tlieta 31 ta’ Diċembru, fil-5:30pm, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ta’ Radd
il-Ħajr fi tmiem is-sena u jitkanta t-Te Deum, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Il-Quddiesa tixxandar live fuq il-Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.