-
-
Il‑Ġimgħa 3 ta’ Awwissu, fis‑7:30 p.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jmexxi velja ta’ talb fil‑parroċċa ta’ San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara, bi tħejjija għall‑Ordinazzjoni Episkopali ta’ Mons. Joseph Galea‑Curmi, Isqof Awżiljarju Elett. Il‑velja ser tixxandar ‘live’ fuq il‑Youtube Channel tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.
Is‑Sibt 4 ta’ Awwissu, fis‑7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jagħti l‑Ordinazzjoni Episkopali lill‑Mons. Joseph Galea‑Curmi, Isqof Awżiljarju Elett, fil‑Katidral ta’ San Pawl l‑Imdina. L‑Isqfijiet Koordinanti ser ikunu l‑Arċisqof Emeritu Mons. Pawl Cremona O.P., u l‑Isqof ta’ Għawdex Mons. Mario Grech. Il‑Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq TVM2 u fuq il‑Youtube Channel tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.
Il‑Ħadd 5 ta’ Awwissu, fid‑9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‑festa ta’ San Duminku fil‑Knisja Parrokkjali ta’ San Duminku, il‑Belt Valletta. Fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi Traslazzjoni Solenni u l‑Ewwel Għasar, lejlet il‑festa tas‑Salvatur, fil‑parroċċa ta’ Ħal Lija.
It‑Tnejn 6 ta’ Awwissu, fid‑9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‑festa tas‑Salvatur, fil‑knisja parrokkjali ta’ Ħal Lija.
Il‑Ġimgħa 10 ta’ Awwissu, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li fiha jikkonsagra l‑artal fil‑Bażilika Minuri, il‑Mosta.
It‑Tnejn 13 ta’ Awwissu, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa tal‑aħħar jum tat‑tridu fil‑knisja parrokkjali ta’ Santa Marija, il‑Qrendi.
It‑Tlieta 14 ta’ Awwissu, fis‑7:00 p.m., lejlet il‑festa ta’ Santa Marija Mtellgħa s‑Sema, Monsinjur Arċisqof imexxi Traslazzjoni Solenni u l‑Ewwel Għasar, fil‑Katidral ta’ San Pawl l‑Imdina.
L‑Erbgħa 15 ta’ Awwissu, fid‑9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‑festa ta’ Santa Marija Mtellgħa s‑Sema, fil‑Bażilika Minuri, il‑Mosta.
Il‑Ħadd 19 ta’ Awwissu, fid‑9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‑festa ta’ Santa Marija Mtellgħa s‑Sema, fil‑knisja parrokkjali tal‑Imġarr. Fis‑7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiġi akkumpanjat mill‑Kapitlu tal‑Kolleġjata Elenjana fir‑repożizzjoni tar‑relikwa ta’ Santa Liena u wara jagħti l‑Barka Sagramentali fil‑Bażilika ta’ Santa Liena, Birkirkara.
Il‑Ħadd 26 ta’ Awwissu, fid‑9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‑festa ta’ San Bartilmew, f’Ħal Għargħur.
Il‑Ħamis 30 ta’ Awwissu, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑knisja parrokkjali ta’ Ħaż‑Żabbar qabel il‑ħruġ tal‑vara min‑niċċa.