• Nhar il-Ħadd l-1 ta’ Novembru 2015, fid-9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa fil-festa tal-Qaddisin kollha, fil-Kon-katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Fil-11:00 a.m. Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa b’suffraġju għall-membri mejtin tal-Kulleġġ St Edwards, il-Birgu. Fl-4:30 p.m. Monsinjur Arċisqof jamministra s-sagrament tal-Griżma tal-Isqof lill-adoloxxenti fil-Parroċċa ta’ Ħad Dingli.

    Nhar it-Tnejn 2 ta’ Novembru, fit-8:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-festa tal-Għid tal-Imwiet, fil-Kon-katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

    Nhar it-Tlieta 3 ta’ Novembru, fis-6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa għall-Isqfijiet u saċerdoti li mietu fl-aħħar sena, fil-Katidral tal-Imdina.

    Nhar is-Sibt 7 ta’ Novembru, fis-6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s-sagrament tal-Griżma tal-Isqof lill-adoloxxenti fil-Parroċċa ta’ Ħ’Attard.

    Nhar il-Ħadd 8 ta’ Novembru, fid-9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali ta’ Jum it-Tifkira, fil-Kon-katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Fl-4:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s-sagrament tal-Griżma tal-Isqof lill-adoloxxenti fil-Parroċċa taż-Żurrieq.

    Nhar it-Tnejn 9 ta’ Novembru, fil-5:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiltaqa’ mas-Seminaristi u jiċċelebra quddiesa, fis-Seminarju tal-Arċisqof, Tal-Virtù.

    Nhar l-Erbgħa 11 ta’ Novembru, fis-6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mal-gradwati l-ġodda tal-Università ta’ Malta, fil-Kon-katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

    Nhar il-Ġimgħa 13 ta’ Novembru, fis-6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa tal-Għoti tal-Akkolitat, fil-Parroċċa ta’ Ħaż Żebbuġ.

    Nhar is-Sibt 14 ta’ Novembru, fil-5:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s-sagrament tal-Griżma tal-Isqof lill-adoloxxenti fil-Parroċċa tan-Naxxar.

    Nhar il-Ħadd 15 ta’ Novembru, fl-10:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s-sagrament tal-Griżma tal-Isqof lill-adoloxxenti fil-Parroċċa tal-Furjana. Fil-5:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s-sagrament tal-Griżma tal-Isqof lill-adoloxxenti fil-Parroċċa tan-Naxxar.

    Nhar il-Ħadd 22 ta’ Novembru, fid-9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s-sagrament tal-Griżma tal-Isqof lill-adoloxxenti fil-Parroċċa tat-Trinita’ Mqaddsa, l-Marsa. Fl-4:00 p.m., l-Arċisqof jmexxi ċ-ċelebrazzjoni Djoċesana ta’ Kristu Re’ fil-Parroċċa ta’ Ħaż-Żabbar.

    Nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Novembru, fil-11:00 a.m., Monsinjur Arċisqof se jattendi servizz ta’ talb flimkien mad-Duka ta’ Edinburgh, il-Prinċep Philip, fil-Pro-Katidral ta’ San Pawl, il-Belt Valletta.

    Nhar is-Sibt 28 ta’ Novembru, fis-6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-75 sena mill-Parroċċa ta’ San Girgor, Tas-Sliema.

    Nhar il-Ħadd 29 ta’ Novembru, fl-4:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s-sagrament tal-Griżma tal-Isqof lill-adoloxxenti fil-Parroċċa ta’ Ħal Lija.