• Il‑Ġimgħa 1 ta’ Lulju 2016, fis‑6:15 p.m., Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa fil‑festa tal‑Beatu Nazju Falzon, fil‑Knisja Ta’ Ġieżu, il‑Belt Valletta.
    Is‑Sibt 2 ta’ Lulju, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa u jinawgura r‑restawr u t‑tisbiħ tas‑saqaf tal‑Knisja Parrokkjali tal‑Gżira.
    Il‑Ħadd 3 ta’ Lulju, fl‑9:45 a.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adoloxxenti fil‑Parroċċa ta’ San Pawl il‑Baħar.
    It‑Tnejn 4 ta’ Lulju, fis‑7:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl‑okkażjoni tal‑gradwazzjoni tal‑istudenti tas‑6th Form tal‑Kulleġġ De La Salle, il‑Birgu.
    L‑Erbgħa 6 ta’ Lulju, fis‑7:15 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑festa tal‑Madonna tal‑Karmnu, fl‑Isptar Monte Carmeli, Ħ’Attard.
    Is‑Sibt 9 ta’ Lulju, fil‑11:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mas‑saċerdoti novelli, fis‑Santwarju tal‑Madonna tal‑Mellieħa.
    It‑Tnejn 11 ta’ Lulju, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Solenni fil‑festa ta’ San Benedittu, fil‑Monasteru tas‑Sorijiet ta’ San Benedittu, l‑Imdina.
    Is‑Sibt 16 ta’ Lulju, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra l‑Quddiesa ta’ qabel il‑purċissjoni fil‑festa tal‑Madonna tal‑Karmnu, il‑Belt Valletta.
    Il‑Ħadd 17 ta’ Lulju, fis‑7:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jinawgura u jbierek il‑bibien ġodda tas‑Santwarju Ħniena Divina, San Pawl Tat‑Tarġa, in‑Naxxar.
    Il‑Ħadd 24 ta’ Lulju, fid‑9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‑festa tal‑Madonna tal‑Karmnu, fil‑Knisja Parrokkjali, iż‑Żurrieq.