Ritratt: Ian Noel Pace – Arċidjoċesi ta’ Malta

Matul ix‑xahar ta’ Ottubru, l‑Arċidjoċesi ta’ Malta xxandar il‑quddiesa kuljum fid‑9:30am fuq TVM+, Knisja.mt u Newsbook Malta. Mit‑Tnejn sas‑Sibt fuq Knisja.mt, Newsbook Malta, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Kull nhar ta’ Ħadd, il‑quddiesa tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook Malta, l‑istazzjon tar‑radju RTK 103, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.

L‑Arċisqof Charles Scicluna se jmexxi dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet:

Il-Ħamis 1 ta’ Ottubru fid-9:30am, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-ftuħ tas-Sena Forensi fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta.

Il‑Ħadd 18 ta’ Ottubru fid-9:30am, fil-Ġurnata Missjunarja l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-Kappella tal-Madonna ta’ Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana.

It-Tlieta 20 ta’ Ottubru, fis-6:30pm, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa f’għeluq l-74 anniversarju mill-mewt ta’ Patri Feliċjan Grech OP, fundatur tad-Dar tat-Tfal San Ġużepp, fil-Knisja ta’ San Ġużepp f’Ħaż-Żabbar.

Is-Sibt 24 ta’ Ottubru fis-6:30pm, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa li fiha jamministra s‑sagrament tal‑griżma tal‑isqof fil-Bażilika Arċipretali ta’ Santa Marija fil-Mosta.

Il-Ħadd 25 ta’ Ottubru, fid-9:30am, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-Knisja Parrokkjali tal-Madonna tal-Karmnu fil-Gżira. Fl-4:30pm jiċċelebra quddiesa li fiha jamministra s‑sagrament tal‑griżma tal‑isqof fil-Bażilika Arċipretali ta’ Santa Marija fil-Mosta.