Ritratt: Nichi Agius Deguara

Matul ix‑xahar ta’ Ġunju, l‑Arċidjoċesi ta’ Malta xxandar il‑quddiesa kuljum fid‑9:30am fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook Malta. Mit‑Tnejn sas‑Sibt tixxandar it‑talba tar‑rużarju fuq Knisja.mt, Newsbook Malta, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Kull nhar ta’ Ħadd, il‑quddiesa tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook Malta, l‑istazzjon tar‑radju RTK 103, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.

L‑Arċisqof Charles Scicluna se jmexxi dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet:

Il‑Ħadd l‑1 ta’ Ġunju fid‑9:30am, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa fis‑Solennità tat‑Tlugħ tal‑Mulej fis‑Sema li hu wkoll il‑Jum Dinji tal‑Mezzi tal‑Komunikazzjoni Soċjali, fil‑Knisja Parrokkjali tal‑Konverżjoni ta’ San Pawl f’Ħal Safi.

Is‑Sibt 7 ta’ Ġunju fil‑5:00pm, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa li matulha jamministra
s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lil‑adolexxenti fil‑Parroċċa ta’ San Franġisk ta’ Assisi fil‑Qawra.

Il‑Ħadd 8 ta’ Ġunju fid‑9:30am, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa fis‑Solennità tal‑Għid il‑Ħamsin u jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti mill‑parroċċi tal‑Belt, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Fil‑5:30pm, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa li matulha żewġ sorijiet mill‑Kenja jagħmlu l‑professjoni perpetwa tagħhom mas‑sorijiet Franġiskani Qalb ta’ Ġesù, fil‑Bażilika Minuri ta’ Santa Marija fil‑Mosta.

Il‑Ħamis 19 ta’ Ġunju fis‑6:00pm l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann u wara jmexxi purċissjoni bl‑Ewkaristija mill‑Konkatidral sal‑Bażilika Minuri tal‑Portu Salvu fil‑Belt Valletta, mal‑Konfraternitajiet tas‑Santissimu Sagrament, li qed jiċċelebraw l‑450 sena mit‑twaqqif tagħhom.

Is‑Sibt 21 ta’ Ġunju fid‑9:30am l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑Ġublew ta’ dawk li huma involuti fl‑organizzazzjoni tal‑festi esterni, fil‑Konkatridal ta’ San Ġwann fil‑Belt Valletta. Wara, fuq iz‑zuntier tal‑Konkatidral, ibierek qanpiena ġdida li se titqiegħed fil‑kampnar tal‑Konkatidral.

Il‑Ħadd 22 ta’ Ġunju fid‑9:30am l‑Arċisqof  jiċċelebra Pontifikal fis‑Solennità tal‑Ġisem u d‑Demm Imqaddes tal‑Mulej u jiċċelebra l‑Ġublew tal‑Għaqdiet u Movimenti Kattoliċi fil‑Katridal ta’ San Pawl fl‑Imdina. Wara ssir purċissjoni bl‑Ewkaristija fit‑toroq tal‑Imdina bis‑sehem tal‑membri tal‑għaqdiet.

Is‑Sibt 28 ta’ Ġunju fis‑7pm, l‑Arċisqof imexxi traslazzjoni tar‑relikwa lejlet is‑Solennità tal‑Martirju ta’ San Pietru u San Pawl mill‑Grotta ta’ San Pawl fir‑Rabat għall‑Katidral ta’ San Pawl fl‑Imdina. Wara jmexxi l‑Ewwel Għasar.

Il‑Ħadd 29 ta’ Ġunju fid‑9:30am, l‑Arċisqof jiċċelebra Pontifikal fis‑Solennità tal‑Martirju ta’ San Pietru u San Pawl fil‑Katidral ta’ San Pawl fl‑Imdina.