Matul ix‑xahar ta’ Mejju, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jkompli jiċċelebra quddies matul il‑ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

  • Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa fid‑9:30 a.m. mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑quddiesa tingħad it‑talba tar‑rużarju li tixxandar fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • Kull nhar ta’ Ħadd fid‑9:30 a.m. tiġi ċċelebrata quddiesa fuq TVM, fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.

F’dawn il‑ġranet Monsinjur Arċisqof se jiċċelebra l‑quddies f’dawn il‑knejjes:

Il‑Ħadd 1 ta’ Mejju, fid‑9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑festa ta’ San Publiju, fil‑Knisja Parrokkjali, il‑Furjana.  Fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa f’għeluq is‑60 anniversarju mis‑saċerdozju ta’ Monsinjur Vinċenz Deguara, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ San Sebastjan, Ħal Qormi.

Is‑Sibt 7 ta’ Mejju, fid‑9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra l‑Quddiesa tal‑Ispirtu s‑Santu, fil‑bidu tal‑Erbatax‑il Parlament, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Din tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑Ħadd 8 ta’ Mejju, fil‑11:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa mal‑Academic Consultation Societas Œcumenica, fil‑Konkatridral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Wara, jgħid is‑supplika tal‑Madonna ta’ Pompej, fil‑Knisja tal‑Ġiżwiti, il‑Belt Valletta.

It‑Tnejn 9 ta’ Mejju, fis‑6:00 p.m., festa ta’ San Ġorġ Preca, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa mill‑Awditorju tad‑Dar Ċentrali tal‑MUSEUM, il‑Blata l‑Bajda.

Is‑Sibt 14 ta’ Mejju, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra l‑quddiesa tal‑ordinazzjoni presbiterali ta’ tliet saċerdoti ġodda, fil‑Katidral ta’ San Pawl, l‑Imdina. Din tixxandar fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt. Fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa f’għeluq il‑festi ċentinarji mit-twaqqif tal-parroċċa, fil‑Knisja parrokkjali tal‑Madonna tal‑Karmnu, il‑Gżira.

Il‑Ħadd 15 ta’ Mejju, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa.

It‑Tlieta 17 ta’ Mejju, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa ta’ radd il‑ħajr lil Alla flimkien mas‑saċerdoti novelli, fis‑Santwarju tal‑Madonna tal‑Mellieħa. Din tixxandar fuq TVM.

It-Tlieta 24 ta’ Mejju, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa mill‑Knisja tas‑Seminarju, Tal‑Virtù, waqt il‑live‑in annwali tal‑kappillani. Din tixxandar fuq TVM.

Il‑Ġimgħa 27 ta’ Mejju, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑festa tal‑Madonna tal‑Karità, fil‑Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu, il‑Belt Valletta.

Is‑Sibt 28 ta’ Mejju, fis‑5:45 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa b’tifkira tal‑kanonizzazzjoni ta’ San Charles de Foucauld, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta.

Il‑Ħadd 29 ta’ Mejju, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa mill‑Knisja l‑Qadima tas‑Salvatur, Ħal Lija.

It‑Tlieta 31 ta’ Mejju, fis‑6:45 p.m., Monsinjur Arċisqof jitlob l‑għasar, jagħmel omelija, jbierek u jqiegħed l‑istellarju max‑xbieha tal‑Madonna fil‑kwadru titulari, fil‑Knisja Parrokkjali tal‑Madonna ta’ Lourdes, San Ġwann.