• Nhar it-Tnejn 18 ta’ Mejju 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna stieden lill-edituri tal-aħbarijiet għal ikla li saret f’Angela House il-Pietà, immexxija mill-Kongregazzjoni tas-Sorijiet Orsolini ta’ Sant’Angela Merici. Din il-laqgħa tal-Arċisqof mal-edituri saret fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Komunikazzjoni Soċjali. 

    The Archbishop’s Message

  • Angela House, Pieta’
    18 ta’ Mejju 2015

    Nirringrazzja ħafna lis-Sorijiet tal-Ursolini tax-xhieda tagħhom; inħoss li l-kelma tiegħi mingħajr ix-xhieda tagħhom tkun kelma vojta għaliex il-kelma trid tkun imwettqa’ bil-ħajja u b’xhieda. Nirringrazzja ħafna lilkom għeżież edituri tal-aħbarijiet talli ġejtu hawn. Napprezza ħafna l-preżenza tagħkom. Nispera li dawn il-laqgħat inkomplu nagħmluhom.

    Il-messaġġ tiegħi, qasir ħafna, għal din is-sena huwa dan. Ejjew naħdmu biex fil-pajjiż tagħna verament ikun hawn  ambjent ta’ djalogu demokratiku, fejn wieħed jista’ jesprimi l-opinjoni tiegħu mingħajr ma jiġi assassinat fil-karattru tiegħu. Ħija xi ħaġa li qed ninnutaha fuq diversi livelli. Bdejt inbati minnha jiena wkoll personalment għaliex sirt parti minn dak li jgħidulu Politically Exposed Person, imma m’hemmx għalfejn inkun Politically Assasinated Person. Jiġifieri, ghalkemm inħossni f’kategorija tal-PEP, Politically Exposed Person, u din għandha tibqa’ anke għaliex hemm ċertu kontabilità illi wieħed irid jirrispetta bix-xogħol li jkollu u bir-rwol tiegħu, imma m’hemmx għalfejn minn PEP naslu għal PAP – Politically Assasinated Person. Grazzi.
    Charles J. Scicluna
       Arċisqof ta’ Malta
  • Photos: Photocity, Valletta.

    www.photocitymalta.com