Il-kontorni tad-dibattitu nazzjonali dwar jekk f’Malta għandhiex tiddaħħal leġiżlazzjoni li tippermetti lill-koppji miżżewġin biex jiddivorzjaw, kulma jmur qed jiffurmaw irwieħhom.

Fl-aħħar ħmistax rajna l-ewwel it-twaqqif tal-moviment ‘Żwieġ bla Divorzju’, moviment li jsostni li d-dħul tad-divorzju mhix għażla għaqlija hekk kif dan ibiddel in-natura taż-żwieġ. Sussegwentement, il-‘Moviment Iva Għad-Divorzju’ nieda l-logo tiegħu li jġib il-kliem: ‘Iva għad-Divorzju, Iva għaż-Żwieġ’.

Irridu nistqarru li l-logo magħżul mill-moviment favur id-dħul tad-divorzju f’Malta għalina jqajjem għadd ta’ mistoqsijiet li jitolbu tweġiba, primarjament dwar il-konsistenza bejn iż-żewġ frażijiet li jikkomponu dan l-istess logo. Kif jista’ jkun, nistaqsu aħna, li wieħed ikun favur id-divorzju u fl-istess ħin favur iż-żwieġ?

Nagħmlu din il-mistoqsija b’responsabbiltà, għaliex konxji mill-fatt li studji empiriċi li saru f’għadd ta’ pajjiżi fejn il-leġiżlazzjoni tippermetti d-divorju wrew b’mod konsistenti u ċar li d-dħul tad-divorzju huwa b’mod ġenerali detrimentali għaż-żwieġ u l-familja.

Studji, fosthom uħud ikkwotati minn IL-ĠENSillum online stess fix-xhur li għaddew, juru li kulfejn iddaħħlet leġiżlazzjoni simili, kien hemm żieda fl-għadd ta’ żwiġijiet li jfallu.

AGĦfAS HAWN biex tkompli taqra dan l-editorjal fuq is-sit www.il-gensillum.com