Fil-bidu ta’ din il-ġimgħa kellna t-tnedija tal-moviment ‘Iva’. Mhux ‘iva’ biex tissaħħaħ il-familja Maltija, imma ‘Iva’ għat-tkissir tagħha! Tnieda l-moviment ‘Iva’ għad-divorzju, li ddikjara li kien se jimpenja ruħu biex f’Malta jkollna leġislazzjoni dwar id-divorzju. Bħal f’pajjiżi oħra, wara kollox!

L-ironija hi, li minflok ma nitgħallmu mill-esperjenzi qarsa ta’ pajjiżi oħra li daħħlu d-divorzju, u issa qed jgħixu l-konsegwenzi soċjali li dan ġab miegħu, nidfnu rasna fir-ramel u nagħmlu ta’ rasna, kif ngħidu bil-Malti, u ninsistu li d-divorzju hu “dritt ċivili” li għandu jidħol f’pajjiżna.

Nistqarru li ma nistgħux ma nammirawx il-“ħeġġa” ta’ dawk li jagħmlu parti mill-kumitat ta’ dan il-Moviment. Kif ma nistgħux ma nammirawx l-ingaġġ armonjuż tal-tliet forzi politiċi ewlenin ta’ pajjjiżna, jew aħjar, rappreżentanza tagħhom, li għaqqdu l-isforzi tagħhom u ħarġu bi front komuni biex jaraw li d-divorzju jidħol f’pajjiżna. Irid jingħad ukoll għall-korrettezza li tnejn miż-żewġ mexxejja tat-tlett partiti ewlenin iddikjaraw li huma favur id-dħul tad-divorzju f’pajjiżna.

AGĦFAS HAWN BIEX TKOMPLI TAQRA DAN L-EDITORJAL FUQ IS-SIT www.il-gensillum.com