• L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna


  • Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

    20 ta’ April 2019

    Id-diskors ta’ Marija ta’ Magdala, ta’ Ġwanna, ta’ Marija ta’ Ġakbu u tan-nisa l-oħra, l-appostli ħasbuh thewdin. San Luqa, bħalma jagħmel anke San Mark, ma jiċċensurax id-diffikultà li kellhom l-appostli biex jemmnu dak li kien ġara. San Luqa f’Kapitlu 24 jgħidilna li l-appostli ma emmnux id-diskors tan-nisa. San Mark fl-aħħar kapitlu tal-Evanġelju tiegħu jirrakonta li d-dixxipli baqgħu jiddubitaw sal-aħħar.

    U nistgħu ngħidu li mhumiex weħidhom. F’dawn l-20 seklu minn din il-ġrajja li qegħdin infakkru llejla, ħafna huma dawk li quddiem il-qabar vojt tiġihom din id-domanda hija naturali: imma x’ġara tassew?  Il-qabar ta’ Kristu għadu magħna sal-lum għaliex fis-seba’ seklu l-Persjani kienu qerduh totalment iżda għad baqa’ ftit mill-ħitan tal-ġnub.

    Għeżież katekumeni, serħu raskom. Il-Knisja, f’dawn l-20 seklu, bix-xhieda ta’ ħafna Nsara qalbiena li taw ħajjithom għal din il-fidi, illum qed tikkommunikalkom u għandha l-ferħ kbir li tagħtikom dak li tlabtu. Meta fir-riti tat-tħejjija staqsejtkom: ‘X’titlob mill-Knisja inti?’ intom għedtuli: ‘Il-fidi’.  U jiena erġajt insistejt magħkom fir-rit tat-tħejjija: ‘X’tistenna inti mill-fidi? X’se tagħtik il-fidi?’ U intom għedtuli: ‘Il-ħajja ta’ dejjem’.

    Illum aħna ferħanin ħafna li intom qed tissieħbu fil-familja tagħna li nemmnu li Ġesù miet tassew u qam tassew mill-imwiet. Quddiem l-awtoritajiet ta’ din id-dinja, Pilatu u Erodi għaddew lil Ġesù ta’ prużuntuż u ta’ miġnun. Erodi xtaqu jagħmel miraklu. Lanqas kelma ma qallu Ġesù. Għaddieh biż-żufjett u ta’ miġnun u libbsu libsa tlellex. L-irġiel li jidhru lin-nisa twajba fl-ewwel jum tal-ġimgħa m’għandhomx il-libsa tlellex tal-imġienen imma għandhom libsa tiddi. “F’daqqa waħda dehrulhom quddiemhom żewġt irġiel libsin ilbies jiddi” (Lq 24:4).

    Ilum, intom u tirċievu l-libsa l-bajda tal-Magħmudija, ftakru li mhijiex libsa tlellex bil-frugħa ta’ din id-dinja. Intom m’intomx qed tilbsuha għax moħħkom ħafif. Il-libsa li qegħdin tilbsu, dan ix-xalla bajda li se tilbsu wara li titgħammdu, bħalma aħna lbisnieha meta kona ċkejknin, tfakkarkom fil-Mulej li jlibbiskom bih innifsu. L-Appostlu Missierna jgħidilna: “Ilbsu l-bniedem il-ġdid” (Efes 4:24). Tfittxux it-tlellix ta’ din id-dinja, lanqas l-approvazzjoni tad-dinja għaliex aħna l-Insara aħna glorja tad-dinja, imma fl-istess ħin sinjal li jmeruna. Illum il-Knisja tikber fin-numru permezz tagħkom u peress li l-Mulej jaħsilkom bl-ilma tal-Magħmudija mid-dnubiet kollha ta’ ħajjitkom, illum tikber ukoll fil-qdusija.

    Fil-qari li smajna mill-profeta Eżekjel il-Mulej jgħidilna: “Inroxx fuqkom ilma safi, u tissaffew mit-tinġis kollu tagħkom; mill-idoli kollha tagħkom insaffikom. Nagħtikom qalb ġdida, u ruħ ġdida nqiegħed ġo fikom, inneħħi minn ġisimkom il-qalb tal-ġebel u nagħtikom qalb tal-laħam. Inqiegħed ruħi ġo fikom u nagħmel li timxu skont il-kmandamenti tiegħi” (Eż 36, 25-27). Dan hu li qed jagħmel il-Mulej fikom, għeżież katekumeni, dan li jrid jagħmel fina lkoll, f’kull wieħed u waħda minna: Illum irid iġeġġidna.

    Il-Knisja llum tuża żewġ elementi li jistgħu jkunu ta’ qerda u ta’ purifikazzjoni: in-nar u l-ilma. Jekk irridu nifhmu xi jfissru dawn l-elementi ta’ qerda, niftakru x’ġara t-Tnejn li għadda f’Notre Dame de Paris. Il-Knisja llum tberikhom bin-nar u l-ilma; żewġ elementi li aħna nsibu fin-natura u li televahom bħala sinjal ta’ dik il-qawwa tal-Mulej li jgħammidna bl-ilma u n-nar. Bħalma jgħid San Ġwann il-Battista: “Warajja ġej xi ħadd jgħammidkom bl-ilma u n-nar” (ara Mt 3:11). Ġesù stess jgħid: “Hemm nar u kemm nixtieq li diġà qabad”. Dan huwa n-nar tal-Ispirtu Qaddis tiegħu. Il-profeta Eżekjel jgħid: “Inqiegħed ruħi ġo fikom u nagħmel li timxu skont il-kmandamenti tiegħi” (Eż 36:27).

    It-talba li l-Knisja titlob wara l-profezija ta’ Eżekjel għandha attwalità straordinarja. “Ħa tara u tifhem id-dinja kollha li kulma ġġarraf, jerġa’ jinbena, kulma qdiem jiġġedded u kollox jerġa’ isir sħih”. Din hija ċ-ċelebrazzjoni tal-lejla. Din hija l-għajta tat-tama li toħroġ mill-qalb tal-Knisja li ġġedded il-fidi tagħha fl-għarus tagħha msallab u llum irxuxtat. L-għajta tagħha hija mhux biss għall-familja tagħha imma għad-dinja kollha. “Ħa tara u tifhem id-dinja kollha li kulma ġġarraf jerġa jinbena, li kulma qdiem jiġġedded u kollox jerġa jsir sħih”.

    Din hija kelma tal-profezija li l-awtur tal-Apokalissi jpoġġiha f’fomm il-Mulej Ġesù: “Ara jiena se nġedded kollox”. U llum hekk jixtieq jagħmel il-Mulej fil-qalb tagħna. Mhux ta’ b’xejn il-Knisja, fit-talba prinċipali ta’ dan il-lejl, titolbu biex aħna niġġeddu fir-ruħ u fil-ġisem u nkunu nistgħu naqdu lill-Mulej b’qalb safja.  

    Waqt li nilqagħkom fil-familja ta’ Ġesù, nimmarkakom bis-salib imqaddes tiegħu, għeżież katekumeni. Jiena nitlob għalikom biex tkunu Nsara tassew.

    I would like to greet our catechumens that do not yet understand Maltese, it will happen gradually, but it takes time, it’s not an easy language you know. First of all welcome into the family of Jesus. When the apostles heard the women say that the tomb was empty, they really didn’t believe them. And in these 20 centuries since the resurrection, we have had members of the family who go from moments of doubt.

    But today the Church wants to answer your request at the rites of preparation for baptism. When I asked you: ‘What do you want from the Church? What are you asking?’ And you told me: ‘Faith’. And then I asked you: ‘But what does faith do to you? What does it bring you?’ And you told me: ‘Eternal life’.

    Now the Liturgy of this most solemn vigil speaks about renewal, purification. The Church uses two symbols of destruction but also of purification: fire and water. And it blesses them because these elements that we find in nature become, with the grace of God, an external sign of our inner purification, of a renewed freedom, the freedom to belong to Jesus, the freedom to tell Jesus: ‘Here I am, purify me, make me a member of your family, I believe you are my Saviour, the crucified and risen Lord’.

    Welcome to the family of Jesus. Be sure that you will receive as an image of the garment of a newly found belonging. Being the adoptive children of God is not a garment of vanity but it is the garment of grace, of mercy. Welcome into the family of Jesus.

    ✠ Charles J. Scicluna

        Arċisqof ta’ Malta

     

  • Ritratti: knisja.mt/ritratti