• *****

    Direttur:          Randall Wallace
    Atturi:             Greg Kinnear, Kelly Reilly, Connor Corum, Lane Styles, Margo Martindale, Thomas Haden Church u Jacob Vargas
    Ħin tal-Film:    99 min.
     
    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 U
    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      U

    Film msejjes fuq storja vera. Colton Burpo, tifel ta’ erba’ snin, wara operazzjoni tal-appendiċite li kienet infaqgħet, jgħid li kellu esperjenza tal-ġenna. Missieru Todd u ommu Sonia kellhom żewġ itfal, Cassie u Colton. Todd kien jaħdem bħala pastor fi knisja Wesljana u kien jagħmel xi xogħol ieħor biex jaqla xi ħaġa iktar għall-familja. Il-ħajja għal din il-familja, li kienet tgħix ġewwa Imperial, belt f’Nebraska, xejn ma kienet faċli. Il-ħajja tikkomplika ruħha meta Colton, wara li ħelisha b’miraklu minn operazzjoni serja, jgħid lill-missieru li hu kien mar il-genna u hemm iltaqa’ ma’ Ġesu` fejn laqqgħu m’oħtu oħra li kienet mietet meta Sonia kienet korriet fi tqala u li Coltion qatt ma kien jaf qabel biha, kif ukoll iltaqa’ ma’ Pop, in-nannu ta’ Todd li kien miet tletin sena qabel ma twieled Colton. Colton ukoll jirrevela li ra ż-żiemel kulurit li kien juża Ġesu` kif ukoll marki f’idejn u riġlejn Ġesu`. Todd u Sonia ma setgħux jifhmu x’kien ġara’ lill-binhom iżda minnaħa l-oħra kif , tifel hekk żgħir, ta’ erba’ snin, żgur ma kienx qiegħed jaqla’ minn żniedu. Din ir-revelazzjoni taqsam il-kongregazzjoni bejn dawk li kienu jemmnu dak li ġara lil Colton u lil dawk li ma emmnuhx fosthom Nancy, l-organista tal-knisja fejn kien iservi Todd. Nancy kienet tilfet lil binha suldat, ġewwa Afganistan u qatt ma kienet aċċettat din il-firda kiefra. X’jiġri hekk din l-aħbar issir aħbar nazzjonali? Todd minnaħa l-oħra kien hemm iċ-ċans li jitlef postu bħala pastor tal-Komunita` Weslejana. Filwaqt li qegħda iseħħ din il-ġrajja, tfajla ġewwa il-Litwanja rrevelat li kellha l-istess esperjenza ta’ Colton u li kienet kapaċi tpitter wiċċ Ġesu` li kienet rat fil-ġenna. Dan il-fatt ta’ din it-tfajla jkun raportat fuq l-istazzjon televiżiv CNN. Meta Colton li kien qiegħed jara t-televixin ma’ missieru jgħajjat u jgħid li dak kien il-wiċċ ta’ Ġesu` li hu kien ra fil-ġenna!

    Film Amerikan Kristjan, msejjes fuq il-ktieb miktub fl-2010 minn Pastor Todd Burpo u Lynn Vincent. Film rikkommandant li jarah kulħadd għal messaġġ pożittiv li fih.