Tkun “telfa kbira” għas-soċjetà Maltija u Għawdxija jekk il-familja mifhuma bħala dak l-“ambjent naturali fejn titwieled u titrabba kull persuna” tintilef u “meta ż-żwieġ u l-familja ma jibqagħlhomx l-istabilità tagħhom, il-ħajja tkun tilfet istituzzjoni li normalment toffrilha garanzija ta’ sigurtà”. Dan b’detriment għall-futur ta’ kull persuna, u b’estensjoni għall-bqija tas-soċjetà.

Hekk qal l-Isqof ta’ Għawdex, Mons Mario Grech, f’żewġ messaġġi separati matul din il-ġimgħa: messaġġ fl-okkażjoni ta’ pellegrinaġġ li sar biex ifakkar it-twelid ta’ Marija Bambina organizzat mill-parroċċa tax-Xagħra u f’omelija fil-parroċċa taż-Żebbuġ fl-okkażjoni tal-festa ta’ Santa Marija li saret nhar il-Ħadd, 22 t’Awwissu.

AGĦFAS HAWN BIEX TKOMPLI TAQRA DAN L-ARTIKLU FUQ IS-SIT www.il-gensillum.com