Il-parroċċi tal-Għargħur, Mġarr, Mosta u Naxxar, iktar kmieni dan ix-xahar fakkru s-Sena tal-Volontarjat permezz ta’ ċelebrazzjoni fid-Dar tal-Providenza u ħadu din l-okkażjoni biex jagħtu donazzjoni lil din l-opra karitattevoli tal-Knisja f’Malta.
F’kummenti lil IL-ĠENSillum online, Victor Formosa, il-kelliemi għal din id-Dar, fisser li f’attività sempliċi imma “sinjifikattiva”, madwar 200 ruħ minn dawn l-erba’ parroċċi li jiffurmaw l-Unità numru 7 ngħaqdu mal-Arċiprieti u l-Kappillani tagħhom fid-Dar tal-Providenza biex ifakkru s-Sena Ewropea tal-Volontarjat.
Iċ-ċerimonja saret fl-istess dar għal persuni b’diżabilità, fil-bitħa fejn hemm midfun Mons Mikiel Azzopardi.
Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com