Il-Kummissjoni għall-Pastorali mal-Ħaddiema fil-Qasam tas-Saħħa, b’kollaborazzjoni mal-Fakultà tax-Xjenzi tas-Saħħa fl-Università ta’ Malta, qed torganizza forum bit-tema, ‘L-Etika fuq il-Post tax-Xogħol’. Dan ser isir nhar il-Ġimgħa 29 ta’ Mejju 2015, fin-12:30 p.m., fl-Isptar Mater Dei (South Auditorium). Il-professjonisti u l-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa huma mistiedna jattendu.
L-Arċisqof Charles J. Scicluna ser iwassal il-messaġġ tiegħu għall-ħabta tas-1:30 p.m. Id-diskussjoni ser titmexxa mill-Professur Dun Emanuel Agius.