L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Għadna kemm smajna x-xandira tad-data tal-Għid, li se jaħbat fl-20 ta’ April li ġej. Din hija tradizzjoni antika ħafna li f’din il-festa tal-Epifanija jitħabbar jum kbir fil-kalendarju tal-qima tal-Knisja, jum Ħadd il-Għid il-Kbir.
Marbuta miegħu hemm il-bidu tar-Randan, il-festa l-kbira tal-Għid il-Ħamsin, ħamsin jum wara l-Għid, u festi oħra kbar marbutin magħhom. Imma fuq kollox hemm ukoll it-tħabbira li kull nhar ta’ Ħadd, aħna qed niċċelebraw il-Misteru tal-Mewt u l-Qawmien ta’ Ġesù mill-imwiet, wara kollox kif nagħmlu f’kull quddiesa li niċċelebraw.
Din il-festa tal-Epifanija, għalhekk, tħares lejn il-qofol tal-fidi tagħna għaliex illum il-Mulej juri lilu nnifsu lill-ġnus. Fil-Maġi li ġew mil-Lvant iggwidati minn kewkba, hemm il-popli kollha li ma kinux Lhud, u hemm aħna wkoll, jiġifieri n-nies tal-Mediterran li ma kinux mill-poplu Lhudi. F’din il-festa qed niċċelebraw is-sejħa tagħna li naraw id-dawl tal-Mulej Ġesù.
Anke llum għalina dawl jiddi fid-dlam. Tradizzjoni antika ħafna tiċċelebra tliet mumenti mill-ħajja ta’ Ġesù. Illum niċċelebraw il-miġja tal-Maġi u l-adorazzjoni tagħhom f’Betlehem, niċċelebraw il-magħmudija ta’ Ġesù fix-Xmara Ġordan, u l-ewwel sinjal ta’ Ġesù f’Kana tal-Galilija.
Il-Knisja, biex tgħaqqad dawn dawn il-tliet mumenti tal-ħajja ta’ Ġesù, tagħtina l-qafas tat-tieġ, għaliex wara kollox fil-misteru tal-Milied, li wasal fil-qofol tiegħu, aħna niċċelebraw iż-żwieġ bejn Alla u l-umanità, Alla isir bniedem. Dan iż-żwieġ iseħħ fil-persuna ta’ Ġesù, Alla veru, Alla minn Alla, Dawl minn dawl. Alla veru magħmul bniedem veru fil-ġuf ta’ Ommu Marija Santissima bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu.
Allura, il-Knisja, hija u tinfexx fil-ferħ meta tqis dawn it-tleti mumenti tal-ħajja ta’ Ġesù li kollha huma bidu kbir li fihom il-Mulej juri l-glorja tiegħu, timmaġina lil Ġesù qiegħed jaħsel l-għarusa tiegħu, il-Knisja, lilna lkoll fix-Xmara Ġordan, iħejjiha għat-tieġ. Il-mistednin għat-tieġ, li huma l-Maġi, iġibu r-rigali, u hu biex iferraħ lill-mistednin fil-festa tat-tieġ tiegħu mal-umanità, jibdel l-ilma f’inbid, li jferraħ il-festa.
Hemm din it-talba, antifona, li l-Knisja titlob bħal-lum meta tliet avvenimenti jingħaqdu f’innu wieħed ta’ mħabba. Illum Alla juri lilu nnifsu lill-ġnus bħala dak li hu, Alla mħabba. Aħna u naduraw il-misteru ta’ Alla magħmul bniedem, ejjew nifhmu li dan iż-żwieġ bejn Alla u l-bniedem huwa żwieġ ta’ mħabba. Hija stedina għall-imħabba; hija stedina biex ngħixu din is-sena bħala mument ta’ grazzja. Hija wkoll stedina biex f’kull mument ta’ din is-sena, fuqna sseħħ il-profezija ta’ Iżaija li titħabbar ukoll bħal-lum: Qum! Ħa jiddi wiċċek! Id-dawl tiegħek wasal! Jiddi fuqek sebħ il-Mulej! (Iż 60:1)
We celebrate the Epiphany today, a feast deeply rooted in ancient tradition and closely connected to key events in the life of Jesus.
First, we commemorate the visit of the Magi, who came from the East, symbolising all the peoples of the world beyond the Jewish community. They, too, were invited to recognise the Messiah, the Savior, and the King of Kings in the baby of Bethlehem.
The second event celebrated today is the Baptism of Jesus in the Jordan. This marks the beginning of His public ministry, where He immerses Himself in the waters of the Jordan, cleansing us of our sins through His example.
The third mystery is the Wedding Feast at Cana, where Jesus turns water into wine. This miraculous sign revealed His glory to His disciples, as described in the Gospel of John.
These three events are connected by a common theme: the revelation of God’s love. God cleanses us of our sins, prepares a wedding feast for us, and rejoices with us by providing the joyful gift of wine to celebrate.
As we honour the mystery of the Magi, who brought their precious gifts to the King of Kings, let us also offer our own humble gifts to the Lord. As the beautiful carol reminds us: “I have nothing to give you; I will give you my heart.”
✠ Charles Jude Scicluna
Arċisqof ta’ Malta
Qari tal-quddiesa
Qari I: Iż 60:1-6
Salm: 71 (72):1-2,7-8,10-11,12-13
Qari II: Ef 3:2-3a. 5-6
L-Evanġelju: Mt 2:1-12