Iċ-Ċurkett li se jingħata fl-Ordinazzjoni Episkopali huwa rigal mill-Arċidjoċesi ta’ Malta. Fl-antik iċ-ċurkett kien jingħata: b’sinjal ta’ ġieħ, biex jimmarka d-dokumenti uffiċċjali u b’sinjal tal-għerusija tal-Isqof mad-djoċesi tiegħu. Il-formula liturġika li tintuża llum jesprimi l-fedeltà tal-Isqof lejn il-Knisja, l-għarusa ta’ Kristu.
Il-Mitra se tingħata bħala rigal minn komunità ta’ sorijiet li tagħhom Mons. Scicluna kien kappillan f’Ruma. Il-Mitra tfisser il-ħerqa li għandu jkollu l-Isqof biex jimxi ’l quddiem fit-triq tal-qdusija.
Il-Baklu ingħata bħala rigal mill-parroċċa ta’ Ħal-Lija, il-Parroċċa fejn fiha Mons. Scicluna trabba bħala tfajjel. Il-baklu jfakkar u jfisser li l-Isqof hu ragħaj li jrid jieħu ħsieb il-merħla.
Is-Salib Pettorali ingħata bħala rigal mill-familja Scicluna.