• Inġabru €658,039 għad-Dar tal-Providenza waqt il-maratona ta’ volleyball li ġiet organizzata s-Siġġiewi stess matul tmiem il-ġimgħa. Is-somma miġbura tinkludi fiha t-€355,353 li nġabru waqt Xarabank lejn l-aħħar ta’ Ġunju.

    Id-donazzjonijiet se jmorru biex id-Dar tal-Prividenza tkompli toffri l-għajnuna tagħha lil mir-residenti u lil familji li jiġu bżonn is-servizz tagħha matul is-sena.

    Id-disa’ Maratona tal-Volleybal BOV Marigold, li matulha ħadu sehem aktar minn 300 voluntier u 40 plejer, bdiet nhar il-Ġimgħa 30 ta’ Ġunju u ntemmet ilbieraħ, il-Ħadd 2 ta’ Lulju, f’nofsillejl.

    Id-Direttur tad-Dar tal-Providenza, Fr Martin Micallef, irringrazzja lill-poplu Malti talli jibqa’ juri kull darba kemm jemmen fix-xogħol li tagħmel id-dar.