-
-
Il‑Quddiesa presente cadavere tal‑Isqof Emanuel Barbara O.F.M. Cap., ser issir nhar is‑Sibt, 27 ta’ Jannar 2018, fis‑2:00 p.m., fil‑Katidral tal‑Imdina. Jippresiedi l-Quddiesa l-Arċisqof Charles J. Scicluna.
Lejlet il‑funeral, il‑Ġimgħa, 26 ta’ Jannar, fis‑7:00 p.m. ser jiġi ċċelebrat l‑Għasar tal‑Mejtin fil‑Knisja tas‑Salib Imqaddes (tal‑Kapuċċini), il‑Furjana.
L‑Isqof Emanuel Barbara, Isqof ta’ Malindi, il‑Kenja, miet fil‑5 ta’ Jannar li għadda fir‑residenza tiegħu f’Malindi. Huwa kellu 68 sena.
L‑Ordni tal‑Aħwa Minuri Kapuċċini tistieden lill‑komunità Nisranija sabiex tingħaqad magħhom fit-talb u tagħti l‑aħħar tislima lill‑Isqof Emanuel Barbara.