• Tħabbret il‑mewt ta’ Mons. Sylvester Carmel Magro, O.F.M., Isqof ta’ Salde u Vigarju Appostoliku ta’ Bengażi, il‑Libja, bejn l‑1997 u l‑2016. L‑Isqof Magro li huwa mir‑Rabat miet illum, is‑Sibt, 20 ta’ Jannar 2018, fis‑2:20 a.m., fl‑età ta’ 76 sena.

    Il‑Quddiesa praesente cadavere tal‑Isqof Magro ser issir nhar it‑Tnejn, 22 ta’ Jannar 2018, fil‑Katidral tal‑Imdina. Id‑dettalji tal‑funeral jitħabbru fil‑ħin li ġej.