Għada l-Ġimgħa 22 ta’ Marzu 2013, il-Prim Ministru Dr Joseph Muscat, mistenni jiltaqa’ mal-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. fil-Kurja tal-Arċisqof. Il-laqgħa tibda fil-11.00 a.m.

Fil-laqgħa se jieħu sehem ukoll l-Isqof Awżiljarju u Vigarju Ġenerali, Mons. Charles J. Scicluna. Il-laqgħa se ssir f’forma privata u kif tintemm, il-Prim Ministru u l-Arċisqof mistennija jagħtu kumment lill-media.