• Is-Segretarjat għall-Katekeżi tal-Arċidjoċesi ta’ Malta qed jorganizza korsijiet għal min hu nvolut fil-formazzjoni tat-tagħlim Nisrani. 

    Il-Korsijiet 2015 – 2016

    Introduzzjoni għat-Teoloġija u Metodoloġija

    L-ewwel parti: Introduzzjoni Ġenerali għall-Katekeżi (Ottubru sa Diċembru).

    It-tieni parti: Metodoloġija u Pedagoġija (Jannar sa Mejju) Dan il-kors huwa għal dawk li ilhom aktar minn 5 snin jgħallmu.

    Meta: L-Erbgħa filgħodu u filgħaxija (jekk ikun hemm talba sostanzjali għalih).

    Ħlas: €40.

    Tikkoordina: Sr Alexandra Chircop.

    Kors għall-Katekisti tal-5 u s-6 sena

    Dan il-kors huwa għal dawk li huma involuti fil-katekeżi tal-pre-adolexxenti li huma fil-5 u fis-6 sena ta’ katekeżi għad-Dħul fil-Ħajja Nisranija.

    Meta: Is-Sibt filghodu fi tmien sessjonijiet.

    Ħlas: €20.

    Tikkoordina: Sr Alexandra Chircop.

    Kors għall-Animaturi tal-Adolexxenti

    Dan il-kors huwa għal dawk li huma involuti fl-edukazzjoni għall-fidi tal-adolexxenti.

    Meta: It-Tlieta filgħaxija minn Ottubru sa Ġunju.

    Tikkoordina: Sr Alexandra Chircop.

    Kors Maturità fil-Fidi

    Dan il-kors huwa għal dawk il-katekisti li jixtiequ jibdew jippreparaw lill-adulti biex jirċievu s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof. Il-kors se jkun ibbażat fuq l-RCIA u fih issir proposta ta’ x’jista’ jsir fil-laqgħat ma’ adulti li jixtiequ jirċievu l-Griżma tal-Isqof.

    Meta: Is-Sibt filgħodu f’ħames sessjonijiet.

    Ħlas: €15.

    Jikkoordina: Fr René Camilleri.

    Kors għall-Animaturi tal-Adolexxenti

    Dan il-kors huwa għal dawk li huma involuti fl-edukazzjoni għall-fidi tal-adolexxenti.

    Meta: It-Tlieta filgħaxija minn Ottubru sa Ġunju.

    Tikkoordina: Sr Alexandra Chircop.

    Korsijiet fl-Unitajiet Pastorali

    Dan il-kors huwa għal dawk li jgħallmu mill-Ewwel sar-Raba’ Sena ta’ katekeżi għad-Dħul fil-Ħajja Nisranija

    Meta: Isir arranġament skont il-bżonn tal-Unità Pastorali,

    u jkun f’ħames sessjonijiet.

    Ħlas: €50 kull parroċċa.

    Jikkoordina: Fr Carl-Mario Sultana.

    Il-korsijiet kollha jsiru fis-Segretarjat għall-Katekeżi, it-tielet sular, Istitut Kattoliku, il-Furjana.

    Żur il-websajt tas-Segretarjat għall-Katekeżi li fiha tista’ ssib ħafna informazzjoni utli: www.katekezi.org

    Agħfas hawn biex tniżżel il-fuljett.