Waqt il-programm The Handbook fuq RTK103, l-attriċi Kristjana Casha qalet li l-adolexenti qed jiġu l-ħin kollu bbumbardjati u preżentati ħajja perfetta permezz tal-midja soċjali u jaħsbu li ħajjithom għandha tkun dejjem hekk.

Il-mistednin ta’ The Handbook ta’ din il-ġimgħa huma Fr Franco Fenech u Kristjana Casha. The Handbook jixxandar kuljum fuq RTK103 fil-05.30, fis-12:40, fis-19.20 u fid-21.30, kif ukoll fuq Facebook permezz tal-paġna The Handbook.

Silta mill-qari tal-lum
Qari mill-Evanġelju skont San Luqa – Lq 11, 29-32
Ġesù qabad u qal: “Nisel ħażin huwa dan in-nisel! Irid sinjal! Imma ebda sinjal ma jingħatalu ħlief is-sinjal ta’ Ġona. Għax bħalma Ġona sar sinjal għan-nies ta’ Ninwè, hekk isir Bin il-bniedem għal dan in-nisel.

Source: Newsbook.com.mt

Article written by George Cassar