L‑Arċisqof  Charles J. Scicluna mexxa t-Traslazzjoni Solenni tar-Relikwa u l-Ewwel Għasar Solenni, lejlet il-festa tan-Nawfraġju ta’ Missierna San Pawl, nhar il-Ħadd 9 ta’ Frar 2020, fil-Knisja Arċipretali ta’ San Pawl Nawfragu, il-Belt Valletta.

Għada t-Tnejn 10 ta’ Frar, l-Arċisqof se jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil-festa tan-Nawfraġju ta’ Missierna San Pawl, fil-Knisja Arċipretali ta’ San Pawl Nawfragu, il-Belt Valletta. Il-Quddiesa tibda fid-9am u se tixxandar live.