Press Releases

Liturgical Celebrations led by Archbishop Charles J. Scicluna during the month of August 2016

  • Is‑Sibt 6 ta’ Awwissu 2016, fid‑9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‑festa ta’ Ġesù Salvatur, Ħal Lija. Il‑Ħadd 7 ta’ Awwissu, fid‑9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‑festa ta’ San Duminku, il‑Belt Valletta. Il‑Ġimgħa 12 ta’ Awwissu, fis‑7:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jipparteċipa f’laqgħa ta’ talb maż‑żgħażagħ tal‑Mixja Neo‑Katekumenali li attendew iċ-ċelebrazzjonijiet li saru fil-Polonja fl-okkażjoni tal‑Jum Dinji taż‑Żgħażagħ 2016, fil‑Katekumenju, il‑Ħamrun…
  • Read more »

Liturgical Celebrations led by Archbishop Charles J. Scicluna during the month of August 2016

  • Is‑Sibt 6 ta’ Awwissu 2016, fid‑9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‑festa ta’ Ġesù Salvatur, Ħal Lija. Il‑Ħadd 7 ta’ Awwissu, fid‑9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‑festa ta’ San Duminku, il‑Belt Valletta. Il‑Ġimgħa 12 ta’ Awwissu, fis‑7:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jipparteċipa f’laqgħa ta’ talb maż‑żgħażagħ tal‑Mixja Neo‑Katekumenali li attendew iċ-ċelebrazzjonijiet li saru fil-Polonja fl-okkażjoni tal‑Jum Dinji taż‑Żgħażagħ 2016, fil‑Katekumenju, il‑Ħamrun…
  • Read more »

Applications for vacant places in Form 1 in Church Schools for boys – Entry 2016-2017

  • Il‑Bord għad‑Dħul fl‑Iskejjel tal‑Knisja ser jilqa’ applikazzjonijiet għal numru ta’ postijiet vakanti għas‑subien, fl‑ewwel sena sekondarja (Form 1), fis‑sena skolastika 2016‑2017, fil‑Kulleġġ ta’ St Albert, il‑Belt Valletta, u l‑Kulleġġ ta’ Stella Maris, il‑Gżira. L‑applikazzjonijiet isiru nhar it‑Tlieta, 12 ta’ Lulju 2016, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana, bejn id‑9:00 a.m. u nofsinhar. Jekk jirriżulta li jkun hemm postijiet vakanti fi skejjel oħra tal‑Knisja, li ma jimtlewx minn dawk li huma fuq il‑lista ta’ stennija (waiting list), jintużaw dawn l‑applikazzjonijiet…
  • Read more »

Liturgical Celebrations led by Archbishop Charles J. Scicluna during the month of July 2016

  • Il‑Ġimgħa 1 ta’ Lulju 2016, fis‑6:15 p.m., Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa fil‑festa tal‑Beatu Nazju Falzon, fil‑Knisja Ta’ Ġieżu, il‑Belt Valletta. Is‑Sibt 2 ta’ Lulju, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa u jinawgura r‑restawr u t‑tisbiħ tas‑saqaf tal‑Knisja Parrokkjali tal‑Gżira. Il‑Ħadd 3 ta’ Lulju, fl‑9:45 a.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adoloxxenti fil‑Parroċċa ta’ San Pawl il‑Baħar. It‑Tnejn 4 ta’ Lulju, fis‑7:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl‑okkażjoni tal‑gradwazzjoni tal‑istudenti tas‑6th Form tal‑Kulleġġ De La Salle, il‑Birgu…
  • Read more »

Liturgical Celebrations led by Archbishop Charles J. Scicluna during the month of June 2016

  • Il‑Ħamis 2 ta’ Ġunju 2016, fit‑8:00 p.m., Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna ser imexxi laqgħa ta’ talb għas-saċerdoti, bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ġublew tal-Ħniena, fis-Santwarju Tal-Qalb ta’ Ġesù, Ħaż Żebbuġ. Is-Sibt 4 ta’ Ġunju, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi ċ-ċelebrazzjoni tal-pussess tal-Arċipriet il-ġdid tal-Knisja Parrokkjali taż-Żurrieq, Dun Karm Mercieca. Il-Ħadd 5 ta’ Ġunju, fil‑5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mal-komunità Filippina f’Malta, fil-Knisja ta’ Santa Barbara, il-Belt Valletta…
  • Read more »

Liturgical Celebrations led by Archbishop Charles J. Scicluna during the month of May 2016

  • Mill‑Erbgħa 4 ta’ Mejju sal‑Ħamis 12 ta’ Mejju 2016, Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna ser imexxi pellegrinaġġ fl‑Art Imqaddsa. Il‑Ħadd 15 ta’ Mejju, fid‑9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl‑okkażjoni tas‑Solennità ta’ Għid il‑Ħamsin u jamministra s‑sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adoloxxenti tal‑parroċċi tal‑Belt u tal‑Parroċċa ta’ Ġesù Nazzarenu (Tas‑Sliema), fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta…
  • Read more »

Liturgical Celebrations led by Archbishop Charles J. Scicluna during the month of April 2016

  • Is‑Sibt it‑2 ta’ April 2016, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna ser imexxi ċ‑ċelebrazzjoni tal‑pussess tal‑Kappillan il‑ġdid tal‑Parroċċa San Gejtanu il‑Ħamrun, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ San Gejtanu. Il‑Ħadd 3 ta’ April, fid‑9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mar‑residenti tal‑Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, Raħal Ġdid. Fil‑5:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fis‑Santwarju tal‑Ħniena Divina, in‑Naxxar. L‑Erbgħa 6 ta’ April, fl‑4:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa b’suffraġju tal‑Arċisqof Pawlu Giglio, fid‑Dar tal‑Kleru, Birkirkara, f’għeluq ix‑xahar mill‑mewt tiegħu…
  • Read more »

Liturgical Celebrations led by Archbishop Charles J. Scicluna during the month of March 2016

  • It‑Tlieta l‑1 ta’ Marzu 2016, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa fil‑bidu ta’ konferenza għad‑delegati tal‑katekeżi tal‑Konferenzi Episkopali Ewropej, organizzata mis‑CCEE. Din ser issir fis‑Seminarju tal‑Arċisqof, tal‑Virtù. Il‑Ġimgħa 4 ta’ Marzu, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof ikompli bil‑mixjiet penitenzjali ta’ żmien ir‑Randan, billi jmexxi pellegrinaġġ bl‑istatwa devota ta’ Ġesù Redentur, l‑Isla. Il‑Ħadd 13 ta’ Marzu, fid‑9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mal‑Ordni Militari Sovran ta’ Malta, fil‑Kon‑Katidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta…
  • Read more »