Adelaide Cini… 100 years on
Quddiesa fl-okkażjoni tal-mitt sena mill-eżumazzjoni u t-trasport tal-fdalijiet tal-Venerabbli Adelaide Cini
11/10/2019-
L‑Arċisqof Charles J. Scicluna ser jitlob li jerġa’ jinfetaħ il‑każ tal‑Venerabbli Adelaide Cini biex eventwalment, jekk tissodisfa l‑kriterji tal‑liġi tal‑Knisja, din il‑mara lajka tiġi bbeatifikata. Dan ser isir waqt Quddiesa li ser jiċċelebra l‑Arċisqof għada, it‑Tlieta 15 ta’ Ottubru, fis‑7pm, fil‑mitt sena tal‑eżumazzjoni u t‑trasport tal‑fdalijiet tagħha miċ‑ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata għall‑istitut “Ta’ Ċini” li kienet waqqfet u fejn tinsab midfuna. Adelaide Cini kienet ġiet iddikjarata Venerabbli mill‑Papa Piju X fit‑23 ta’ Frar 1910…