Press Releases

New head for Marriage Office

L‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ħatar lil Mons. Alfred Vella bħala l‑Kap tal‑Uffiċċju tar‑Reġistrazzjoni taż‑Żwiġijiet tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Huwa ħa post Dun Mario Tong li ssostitwixxa lil Mons. Tarcisio Delicata li kien ilu jservi f’din il‑kariga għal sbatax‑il sena.

Mons. Alfred Vella ġie ordnat saċerdot fl‑1984 u serva f’diversi parroċċi fosthom fil‑parroċċa ta’ San Pawl fir‑Rabat, Ħal Luqa, iż‑Żejtun u Ħ’Attard. Għal sbatax‑il sena kien id‑Direttur tal‑Kummissjoni Emigranti, illum Kummissjoni Migranti… Read more »

Pilgrimages and processions during the pandemic

Lent and Holy Week 2021

B’responsabbiltà lejn is‑saħħa tal‑poplu Malti fiż‑żmien ta’ pandemija, il‑Knisja f’Malta u Għawdex mhix ser torganizza pellegrinaġġi, purċissjonijiet u manifestazzjonijiet matul ir‑Randan u l‑Ġimgħa Mqaddsa ta’ din is‑sena.  

Il‑Knisja tħeġġeġ lill‑poplu Nisrani biex matul ir‑Randan jisma’ l‑Kelma ta’ Alla, jinġabar fit‑talb u jagħmel karità. Il‑Knisja timpenja ruħha biex permezz tad‑diversi entitajiet tagħha tipprovdi opportunitajiet biex il‑poplu Nisrani jkun jista’ jagħmel dan.

Il‑Knisja se tibqa’ tevalwa s‑sitwazzjoni tas‑saħħa pubblika u aktar ’il quddiem toħroġ direttivi dwar kif għandha tiġi ċċelebrata l‑liturġija tat‑Tridu tal‑Għid… Read more »

The Auxiliary Bishop on the Day of Life: Love, compassion, care

Homily on the occasion of the Day of Life 2021

  St John's Co-Cathdral, Valletta

Homily by Bishop Joseph Galea-Curmi

One very beautiful and profound experience is the wonder of human life as it develops from the first moment of conception. There has been a great development in science, and it is now possible to take a scan of the tiny baby, as it develops slowly. Science clearly shows there is life; not only the potential for life but human life has truly started… Read more »

Liturgical celebrations by Archbishop Charles Jude Scicluna in February 2021

Matul ix‑xahar ta’ Frar, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ser ikompli jiċċelebra quddies matul il‑ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

  • Mit‑Tnejn sas‑Sibt fid‑9:30 a.m. mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑quddiesa tingħad it‑talba tar‑Rużarju. Dan il‑ħin ta’ talb jiġi mtenni fuq TVM2 fil‑5:30 p.m…
  • Read more »

New Director for Migrants Commission

L‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ħatar lil Dun Anton D’Amato bħala Direttur tal‑Kummissjoni Migranti, li kienet magħrufa bħala l‑Kummissjoni Emigranti. Huwa qed jieħu post Mons. Alfred Vella li kien ilu jservi f’din il‑kariga għal sbatax‑il sena, u li issa qed imexxi l‑Uffiċċju Żwiġijiet tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.

Dun Anton D’Amato ggradwa fl‑2009 mill‑Fakultà tal‑Liġi fl‑Università ta’ Malta. Sentejn wara beda l‑formazzjoni u l‑istudji tiegħu għall‑ħajja saċerdotali fis‑Seminarju tal‑Arċisqof u ggradwa fil‑Fakultà tat‑Teoloġija fl‑2019… Read more »

The process of ecclesial renewal ‘One Church, One Journey’

Webinar for representatives and leaders of Church commissions and entities

Il‑Kummissjoni ‘Knisja Waħda, Vjaġġ Wieħed’ fi ħdan l‑Arċidjoċesi ta’ Malta organizzat webinar nhar l‑Erbgħa 27 ta’ Jannar 2021. Din il‑laqgħa kienet ippreseduta mill‑Arċisqof Charles Scicluna u għaliha attendew diversi rappreżentanti u mexxejja ta’ kummissjonijiet u entitajiet tal‑Knisja.

Matul il‑laqgħa tnediet il‑website li tinkludi riżorsi u tagħrif dwar id-dokument ta’ tiġdid pastorali tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta bit‑tema Knisja Waħda, Vjaġġ Wieħed, kif ukoll saru preżentazzjonijiet ta’ ħidmiet li bdew jew tlestew diġà, b’rabta mal‑istess dokument… Read more »

Statement by the Safeguarding Commission

Is-Safeguarding Commission tal-Knisja tikkonferma li għaddiet lill-Pulizija informazzjoni li rċeviet dwar allegat każ ta’ abbuż fuq minorenni li jinvolvi żewġ saċerdoti Għawdxin.

Il‑Kummissjoni tal‑Knisja tħeġġeġ lil kull min jaf b’xi allegat każ ta’ abbuż biex jirrapporta direttament lill‑Pulizija u biex jikkuntattja lis‑Safeguarding Commission fuq [email protected]. Read more »

Church Schools Admissions in Malta and Gozo

Statement by the Secretariat for Catholic Education

The Regulations for Admissions in Church Schools in Gozo have been published, and applications for ‘Other Applicants’ in Church Schools in Malta will start being accepted, for the scholastic year commencing in September 2021.

The number of places available for ‘Other Applicants’ in Church Schools in Malta is 835. Applications for these vacant places are being accepted online from 29th January until 12th February… Read more »

Appeal to parents to rely on information provided by the school

Statement by the Secretariat for Catholic Education

The Secretariat for Catholic Education and the Association of Church Schools (CSA) condemn the irresponsible behaviour of the Union of Professional Educators (UPE) in publishing information on its Facebook page about COVID-19 cases in Church schools, which is causing unnecessary alarm and anxiety among students, parents, and educators.

Church schools are doing their utmost to inform parents and school staff as soon as a positive case is identified in one of the schools… Read more »

New president for Cana Movement

L‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ħatar lil Dr Joe Cassar bħala l‑President tal‑Moviment ta’ Kana. Huwa ħa post Dr Arthur Galea Salomone li kien ilu tmien snin fil‑kariga.

Il‑Moviment ta’ Kana huwa għaqda mhux governattiva tal‑Knisja f’Malta li ilu jaħdem mal‑familji għal dawn l‑aħħar 68 sena. Fost is‑servizzi li joffri hemm il‑korsijiet ta’ tħejjija għaż‑żwieġ, il‑formazzjoni lill‑koppji u lill‑familji, counselling għall‑persuni kollha li jiltaqgħu ma’ diffikultajiet personali u familjari, kif ukoll ħidma mill‑qrib mal‑parroċċi… Read more »