Press Releases

New parish priest for St Paul’s Bay parish

L‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ħatar lil Patri Joseph Mamo, Franġiskan,  bħala kappillan tal‑Parroċċa ta’ Marija Addolorata, San Pawl il‑Baħar.

Patri Joseph Mamo twieled fis‑16 ta’ Diċembru 1963 u trabba Birkirkara. Irċieva l‑edukazzjoni primarja fl‑iskola ta’ Santa Venera u l‑edukazzjoni sekondarja fil‑Kulleġġ Savio, Ħad‑Dingli. Kompla l‑edukazzjoni terzjarja fl‑INSERM, fis‑Seminarju tal‑Arċisqof, fil‑Fakultà tat‑Teoloġija fl‑Università ta’ Malta u fil‑Kulleġġ Sant’Antonio Dottore f’Padova l‑Italja.

Huwa kien ordnat saċerdot fil‑5 ta’ Lulju 1991 u matul is-snin serva bħala Segretarju Provinċjali tal‑Franġiskani Konventwali, Gwardjan u Rettur tal‑istudenti fil‑kunvent ta’ San Franġisk Birkirkara, Kappillan tal‑Parroċċa ta’ San Pawl il‑Baħar, Kappillan tal‑Parroċċa ta’ Burmarrad, Viċi Kappillan tal‑Parroċċa tal‑Qawra u Ekonomu Provinċjali… Read more »

The Church in Malta’s position on village feasts 2021

Matul din is‑sena 2021, il‑festi parrokkjali u festi oħra reliġjużi li jsiru ġewwa l‑bini tal‑knisja jsiru fil‑ġranet li soltu jiġu ċċelebrati, b’rispett sħiħ lejn il‑miżuri indikati mill‑Awtoritajiet tas‑Saħħa għall‑ħarsien tas‑saħħa u tal‑ħajja ta’ kulħadd.

Rigward iċ‑ċelebrazzjonijiet ta’ barra l‑bini tal‑knisja, li normalment jiġu organizzati mill‑Knisja, bħalma huma l‑purċissjonijiet, dawn isiru biss jekk, fejn u meta l‑Awtoritajiet tas‑Saħħa jawtorizzawhom bħala attivitajiet permessi. Read more »

Building on what is good rather than promoting harmful substances

Statement by MCYN on the Cannabis White Paper

The Malta Catholic Youth Network (MCYN), an entity of the Archdiocese of Malta which works with young people, published a position paper as part of the Government’s consultation process regarding the White Paper “Towards the Strengthening of the Legal Framework on the Responsible Use of Cannabis”.

MCYN, which represents more than a 100 youth groups and which has consistently supported recreational activities which aid the young person’s development and community building, is against the use of any psychoactive and/or harmful substance, whether it be legal or not… Read more »

The ordination of two deacons

L‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jordna żewġ djakni ġodda nhar is‑Sibt li ġej, 15 ta’ Mejju 2021. Il‑quddiesa se ssir fis‑Santwarju tal‑Madonna tal‑Grazzja, Ħaż‑Żabbar, fid‑9:30 a.m. Din se tixxandar fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Iż‑żewġ seminaristi huma Sean Abela mill‑Parroċċa ta’ San Pawl, ir‑Rabat, u Jean Claude Attard mill‑Parroċċa ta’ Sant’Anna, Wied il‑Għajn.

Permezz ta’ din l‑ordinazzjoni, id‑djakni l‑ġodda jsiru xebh ma’ Ġesù Kristu li ried ikun ‘djaknu’, jiġifieri qaddej ta’ kulħadd… Read more »

A new Church-run shelter for women victims and their children

An investment of one million euro by the Archdiocese of Malta

Il‑Knisja f’Malta inawgurat ix‑xelter ‘Il‑Milja’ għal nisa li esperjenzaw vjolenza u għal uliedhom. Ix‑xelter, li se jkun immexxi mill‑Knisja permezz ta’ Fondazzjoni Sebħ, se jilqa’ nisa li għaddew minn abbuż jew vjolenza, fosthom vittmi ta’ vjolenza domestika, traffikar tal‑bnedmin, prostituzzjoni sfurzata kif ukoll abort sfurzat. Dan ix‑xelter ta’ tieni stadju (second‑stage shelter), li jinkludi 12‑il appartament li ser jilqgħu sa 36 persuna, ġie jiswa lill‑Knisja f’Malta miljun ewro biex il‑binja ġiet immodernizzata u mgħammra apposta għall‑ħtiġijiet tan‑nisa u t‑tfal tagħhom… Read more »

Restored Marsaxlokk pipe organ inaugurated

Ġie inawgurat il‑proġett ta’ restawr u konservazzjoni tal‑orgni (pipe organ) tas‑Santwarju tal‑Madonna ta’ Pompej f’Marsaxlokk, b’investiment ta’ madwar €47,000 b’kofinanzjament ta’ 80% minn fondi tal‑Unjoni Ewropea. Il‑proġett ġie inawgurat mill‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi u mis‑Segretarju Parlamentari għall‑Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi, lejlet il-festa tal-Madonna ta’ Pompej. Preżenti wkoll is‑Segretarju Amministrattiv tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta Michael Pace Ross,  u l‑Kappillan Dun Luke Seguna.

Permezz ta’ dan il‑proġett ta’ restawr estensiv fit‑teknika tal‑orgni kif ukoll fl‑intonazzjoni tiegħu, il‑ħoss tal‑orgni jista’ jerġa’ jitgawda mill‑Maltin u t‑turisti li jżuru u jattendu għall‑funzjonijiet fil‑knisja, u jgħin lill‑kongregazzjoni fil‑kant u t‑talb… Read more »

Strengthening well-being not substance use

The Secretariat for Catholic Education (SfCE) and the Church Schools’ Association (CSA) have issued a position paper giving feedback to the White Paper “Towards the Strengthening of the Legal Framework on the Responsible Use of Cannabis”. This feedback will now be presented to the Government as part of the consultation process currently underway.

As educators working on a daily basis with thousands of children and youths, the Secretariat for Catholic Education and the Church Schools’ Association feel the responsibility to voice strong reservations about the dangerous path the proposals listed in the White Paper appear to be taking… Read more »

Liturgical celebrations by Archbishop Charles Jude Scicluna in May 2021

Matul ix‑xahar ta’ Mejju, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jkompli jiċċelebra quddies matul il‑ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

  • Mit‑Tnejn sas‑Sibt fid‑9:30 a.m. mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑quddiesa tingħad it‑talba tar‑Rużarju. Dan il‑ħin ta’ talb jiġi mtenni fuq TVM2 fil‑5:30 p.m…
  • Read more »

The ordination of four new priests

Il‑Knisja f’Malta se jkollha erba’ saċerdoti ġodda. L‑ordinazzjoni presbiterali mill‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se ssir nhar is‑Sibt, 8 ta’ Mejju 2021, fid‑9:30 a.m., fil‑Bażilika Minuri ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid, u se tixxandar fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

L‑erba’ djakni li ser jiġu ordnati saċerdoti huma:

  • Roderick Baldacchino mill‑Parroċċa ta’ Santa Katarina, iż‑Żejtun
  • Joshua Cortis mill‑Parroċċa ta’ San Gejtanu, il‑Ħamrun
  • Jean‑Claude Schembri mill‑Parroċċa ta’ Santa Katarina, iż‑Żejtun
  • Mark Scicluna tal‑Ordni tal‑Aħwa Minuri Kapuċċini

Iċ‑Ċentru tal‑Vokazzjonijiet tas‑Seminarju qed jistieden liż‑żgħażagħ biex jirriflettu dwar il‑possibiltà li Alla qed isejħilhom għal ħajja saċerdotali jew reliġjuża… Read more »

Vocations Day 2021

Nhar il‑Ħadd li ġej, 25 ta’ April 2021, ir‑raba’ Ħadd tal‑Għid, huwa l‑Jum Dinji ta’ Talb għall‑Vokazzjonijiet. Dakinhar l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jiċċelebra quddiesa mill‑Kappella taċ‑Ċentru tal‑Vokazzjonijiet fis‑Seminarju, Tal‑Virtù, fid‑9:30 a.m.  Din se tixxandar fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Fil‑quddiesa se jieħdu sehem saċerdoti, reliġjużi rġiel u nisa, u seminaristi li huma responsabbli mill‑ħidma vokazzjonali, kif ukoll żgħażagħ li jieħdu sehem fl‑attivitajiet li jorganizza ċ‑Ċentru tal‑Vokazzjonijiet tas‑Seminarju tal‑Arċisqof… Read more »