Press Releases

Public Lecture: The world is a sea – Catholics and the Mediterranean during the pontificate of Pius XII

Lecture and seminar organised by the Archdiocese of Malta & the University of Malta

The Malta Diocesan Archives will be holding a public lecture entitled “The Holy See and its international relations during the pontificate of Pius XII” to commemorate the opening of the Diocesan Archive relative to the pontificate of Pope Pius XII (1939-1958) and the episcopate of Archbishop Michael Gonzi. 

The guest speaker is Rev. Prof. Roberto Regoli, professor at the Pontifical Gregorian University in Rome… Read more »

‘Flimkien’ magazine is back in Maltese households and online

Minn din il-ġimgħa l-Flimkien beda jerġa’ jitqassam f’160,000 dar f’Malta f’format ġdid stampat u se jkun ukoll online. Dan tħabbar dalgħodu waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana, fejn ingħataw dettalji dwar it-tnedija mill-ġdid tal-pubblikazzjoni Flimkien.

Il-Flimkien, li ilu jitqassam fid-djar u fil-parroċċi għal dawn l-aħħar 17 sena, jinħareġ mill-Kulleġġ tal-Kappillani li huwa ffurmat mill-kappillani tal-parroċċi f’Malta… Read more »

European conference on catechesis held in Malta

20 delegat għall‑katekeżi fl‑Ewropa attendew konferenza ta’ tliet ijiem f’Malta fejn ddiskutew il‑ministeru tal‑katekist u l‑irwol importanti li għandu fid‑dinja tal‑lum biex titwassal l‑Aħbar it‑Tajba. Il‑konferenza ġiet organizzata mit‑Taqsima tal‑Katekeżi fi ħdan is‑CCEE (Kunsill tal‑Konferenzi Episkopali Ewropej) flimkien mal‑Konferenza Episkopali Maltija u mas‑Segretarjat għall‑Katekeżi tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Din kienet l‑ewwel darba li d‑delegati ltaqgħu fiżikament minn wara l‑pandemija. 

Fil‑laqgħat u d‑diskussjonijiet ta’ dawn it‑tlitt ijiem ħarġet is‑sbuħija tal‑Knisja Kattolika fid‑diversità tagħha fl‑Ewropa u l‑modi differenti kif il‑Kelma qed tixxandar fil‑konkret f’dawn il‑pajjiżi… Read more »

Restoration of Naxxar parish church façade inaugurated

EU co-financed project

Tlesta l‑proġett ta’ restawr fuq il‑faċċata, il‑koppla u l‑kampnari tal‑Knisja Parrokkjali tan‑Naxxar, proġett li sar b’investiment ta’ €155,500, li 80% minnhom kienu kofinanzjati minn fondi tal‑Unjoni Ewropea. Il‑proġett ġie inawgurat illum mill‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi u mis‑Segretarju Parlamentari għall‑Fondi Ewropej Chris Bonett. Preżenti wkoll is‑Segretarju Amministrattiv tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta Michael Pace Ross, u l‑Arċipriet Dun David Gauci.

Permezz ta’ dan il‑proġett, li għalih ikkontribwixxew ukoll il‑parruċċani tan‑Naxxar, tnaddfet il‑ġebla tal‑faċċata u tal‑kampnari u xi wħud mill‑ġebel, b’mod partikolari dak fin‑naħa ta’ fuq, kellu jinbidel minħabba deterjorazzjoni tal‑ġebla kawża tal‑espożizzjoni għall‑elementi naturali u t‑tniġġis tal‑arja… Read more »

The ordination of three new priests

Mix-xellug: Rev. Sean Abela, Patri Robert Calleja OFM Conv. u Rev. Jean Claude Attard

Il‑Knisja f’Malta se jkollha tliet saċerdoti ġodda. L‑ordinazzjoni presbiterali mill‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se ssir nhar is‑Sibt, 14 ta’ Mejju 2022, fid‑9:30 a.m., fil‑Katidral ta’ San Pawl, l‑Imdina, u se tixxandar fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

It‑tliet djakni li ser jiġu ordnati saċerdoti huma: Rev… Read more »

New parish priest for St Julian’s parish

L‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ħatar lil Dun Paul Mizzi bħala kappillan tal‑parroċċa ta’ San Ġiljan waqt li rringrazzja lil Dun Claude Portelli, li serva bħala kappillan għal dawn l-aħħar 13-il sena u viċi kappillan għal sitt snin.

Dun Paul Mizzi twieled Tas‑Sliema fl‑24 ta’ Awwissu 1967. Huwa rċieva l‑edukazzjoni primarja fl‑iskola ta’ St Joseph, Tas‑Sliema, l‑edukazzjoni sekondarja fil‑Kulleġġ Santu Wistin, fil‑Pietà, u l‑edukazzjoni postsekondarja fil‑Junior College, l‑Imsida… Read more »

21 mothers receive help from Dar Tgħanniqa ta’ Omm

Auxiliary Bishop visits the premises in Mosta

L‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi żar ir‑residenza ‘Dar Tgħanniqa ta’ Omm’ fil‑Mosta, li tgħin ommijiet li minkejja d‑diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom waqt it‑tqala jagħtu prijorità l‑ħajja tat‑tarbija fil‑ġuf. F’din id‑dar, li hija mmexxija mill‑Fondazzjoni Life Network, mal‑21 omm ingħataw l‑għajnuna f’dawn l‑aħħar tliet snin. F’dawn il‑jiem, ‘Dar Tgħanniqa ta’ Omm’ hi miftuħa sabiex kull min jixtieq jagħti donazzjoni u jara b’għajnejh l‑għajnuna li qed tingħata lil dawn l‑ommijiet u t‑trabi tagħhom… Read more »

Losing their lives whilst trying to make a living

Statement by the Justice and Peace Commission on Workers' Day

On this year’s Workers’ Day, the Justice and Peace Commission would like to draw attention once again to the tragic fate of those construction workers who, in a pattern which sadly continues to repeat itself all too often, are losing their lives whilst trying to make a living. Serious workplace injuries and fatalities occur also in other economic sectors such as manufacturing. However, the highest number of workplace fatalities happen on construction sites. 

Whilst acknowledging that construction is an inherently hazardous job, as testified also by the 369 non-fatal workplace accidents reported in this sector in 2021, as a country we cannot afford to reach a point where these tragedies are normalised by being presented as faceless statistical numbers… Read more »

Archbishop meets people attending separation support groups

L‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ltaqa’ ma’ persuni li għaddejjin minn separazzjoni fiż‑żwieġ u li bħalissa qed jattendu gruppi ta’ sapport immexxija minn Caritas Malta, kif ukoll fil‑parroċċi tal‑Mosta u Ħal Tarxien.

Waqt il‑laqgħa, l‑Arċisqof sema’ d‑diversi esperjenzi ta’ dawk li għaddew jew għaddejjin mis‑separazzjoni u l‑isfidi li jiltaqgħu magħhom f’dan il‑mumentta’ ħajjithom. Huma wrew apprezzament lejn il‑Knisja li taħdem mill‑qrib mal‑persuni separati u li fil‑parroċċi hemm għadd ta’ saċerdoti li huma sensittivi għal dawk li għaddejjin mis‑separazzjoni… Read more »

Appreciation message by Pope Francis to the Archbishop

Traduzzjoni għall-Malti

Lill-Għażiż Ħija
Mons. Charles Jude Scicluna
Arċisqof ta’ Malta u President tal-Konferenza Episkopali Maltija

Lura mill-Vjaġġ Appostoliku, nixtieq nirringrazzjak tal-impenn kbir waqt it-tħejjijiet taż-Żjara tiegħi. Insellem ukoll lis-saċerdoti, lir-reliġjużi rġiel u nisa, u l-lajċi li ħadmu flimkien.

Grazzi tal-merħba sabiħa, tal-ospitalità u tal-ġenerożità. Ngħożż l-umanità u l-umoriżmu tiegħek, kif ukoll l-imħabba li wrejtuni f’dawn il-jiem mimlija b’tant ferħ. 

Nittama li l-Mulej jagħtikom id-don tal-vokazzjonijiet u jippremjakom għall-kura li tagħtu bi mħabba lis-saċerdoti anzjani… Read more »